Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0304

    Kawża C-304/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Settembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2001/80/KE — Artikolu 4(3) — Parti A tal-Anness VI — Limitazzjoni tal-emissjonijiet ta’ ċerti tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni — Applikazzjoni — Power station ta’ Aberthaw)

    ĠU C 419, 14.11.2016, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.11.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 419/21


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Settembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

    (Kawża C-304/15) (1)

    ((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2001/80/KE - Artikolu 4(3) - Parti A tal-Anness VI - Limitazzjoni tal-emissjonijiet ta’ ċerti tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni - Applikazzjoni - Power station ta’ Aberthaw))

    (2016/C 419/26)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Mifsud-Bonnici u S. Petrova, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: J. Kraehling u L. Christie, aġenti, assistiti minn de G. Facenna QC)

    Dispożittiv

    1)

    Billi ma applikax korrettament id-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2001, dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta’ ċerti tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni, għall-power station ta’ Aberthaw (ir-Renju Unit), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 4(3) ta’ din id-direttiva, moqri flimkien mal-Parti A tal-Anness VI tagħha.

    2)

    Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 302, 14.9.2015.


    Top