EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0255

Kawża C-255/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Steef Mennens vs Emirates Direktion für Deutschland (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trasport bl-ajru — Regolament (KE) Nru 261/2004 — Artikolu 2(f) u Artikolu 10(2) — Rimbors parzjali tal-prezz tal-biljett fil-każ li l-passiġġier fuq titjira jitqiegħed fi klassi inferjuri — Kunċetti ta’ “biljett” u ta’ “prezz tal-biljett” — Kalkolu tar-rimbors dovut lill-passiġġier)

ĠU C 314, 29.8.2016, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 314/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Steef Mennens vs Emirates Direktion für Deutschland

(Kawża C-255/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikolu 2(f) u Artikolu 10(2) - Rimbors parzjali tal-prezz tal-biljett fil-każ li l-passiġġier fuq titjira jitqiegħed fi klassi inferjuri - Kunċetti ta’ “biljett” u ta’ “prezz tal-biljett” - Kalkolu tar-rimbors dovut lill-passiġġier))

(2016/C 314/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Steef Mennens

Konvenuta: Emirates Direktion für Deutschland

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 10(2) flimkien mal-Artikolu 2(f) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ li passiġġier fuq titjira jitqiegħed fi klassi inferjuri, il-prezz li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat ir-rimbors dovut lill-passiġġier ikkonċernat huwa l-prezz tat-titjira li fuqha huwa tqiegħed fi klassi inferjuri, sakemm tali prezz ma huwiex indikat fuq il-biljett li jistabbilixxi d-dritt tiegħu għat-trasport fuq din it-titjira, f’liema każ il-bażi għar-rimbors għandha tkun il-parti tal-prezz tal-biljett li tikkorrispondi għall-kwozjent li jirriżulta mid-distanza tat-titjira kkonċernata u d-distanza totali li l-passiġġier huwa intitolat jivvjaġġa.

2)

L-Artikolu 10(2) tar-Regolament Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prezz tal-biljett li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat ir-rimbors dovut lil passiġġier, fil-każ ta’ tnaqqis fil-klassi fuq titjira, jikkorrispondi unikament għall-prezz tat-titjira nnifisha, bl-esklużjoni tat-taxxi u tal-miżati indikati fuq dan il-biljett, bil-kundizzjoni li la l-eżiġibbiltà u lanqas l-ammont tagħhom ma jiddependu mill-klassi li għaliha l-imsemmi biljett ikun inxtara.


(1)  ĠU C 394, 7.9.2015.


Top