EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0249

Kawża C-249/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-18 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Østre Landsret – id-Danimarka) – Wind 1014 GmbH, Kurt Daell vs Skatteministeriet (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 56 TFUE — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Restrizzjonijiet — Vettura bil-mutur meħuda b’leasing minn persuna residenti fi Stat Membru minn kumpannija leasing stabbilta fi Stat Membru ieħor — Taxxa ta’ reġistrazzjoni kkalkulata fuq bażi prorata tal-perijodu ta’ użu tal-vettura — Neċessità ta’ awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet fiskali nazzjonali qabel it-tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni — Ġustifikazzjoni — Prevenzjoni ta’ evażjoni tar-regoli fiskali kif ukoll tal-applikazzjoni frawdolenti jew abbużiva tagħhom — Salvagwardja tal-kompetenza fiskali tal-Istat — Proporzjonalità)

ĠU C 83, 5.3.2018, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-18 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Østre Landsret – id-Danimarka) – Wind 1014 GmbH, Kurt Daell vs Skatteministeriet

(Kawża C-249/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 56 TFUE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Restrizzjonijiet - Vettura bil-mutur meħuda b’leasing minn persuna residenti fi Stat Membru minn kumpannija leasing stabbilta fi Stat Membru ieħor - Taxxa ta’ reġistrazzjoni kkalkulata fuq bażi prorata tal-perijodu ta’ użu tal-vettura - Neċessità ta’ awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet fiskali nazzjonali qabel it-tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni - Ġustifikazzjoni - Prevenzjoni ta’ evażjoni tar-regoli fiskali kif ukoll tal-applikazzjoni frawdolenti jew abbużiva tagħhom - Salvagwardja tal-kompetenza fiskali tal-Istat - Proporzjonalità))

(2018/C 083/02)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Wind 1014 GmbH, Kurt Daell

Konvenut: Skatteministeriet

Dispożittiv

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni u prassi amministrattiva ta’ Stat Membru, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jistabbilixxu li

it-tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni ta’ vettura meħuda b’leasing minn persuna residenti ta’ dan l-Istat Membru mingħand kumpannija leasing stabbilita fi Stat Membru ieħor, bil-ħsieb li din tintuża temporanjament fl-ewwel Stat Membru, permezz tal-ħlas ta’ taxxa ta’ reġistrazzjoni kkalkulata fuq bażi prorata tal-perijodu ta’ dan l-użu, huwa ssubordinat, sa fejn huwa kkonċernat dan il-ħlas, għal awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet fiskali ta’ dan l-aħħar imsemmi Stat Membru, li mingħajrha l-imsemmija vettura ma tistax, bħala prinċipju, titqiegħed fiċ-ċirkulazzjoni fit-territorju tiegħu, u

il-fakultà li tali vettura titqiegħed immedjatament fiċ-ċirkulazzjoni f’dan l-ewwel Stat Membru, matul l-eżami tat-talba tal-persuna taxxabbli intiża sabiex tikseb il-benefiċċju tal-ħlas ta’ taxxa ta’ reġistrazzjoni relattiva għall-imsemmija vettura kkalkulata prorata tat-tul tal-użu tagħha fl-ewwel imsemmi Stat Membru, hija ssubordinata għall-ħlas minn qabel tal-ammont sħiħ tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni, bla ħsara għall-ħlas lura tal-ammont tat-taxxa mħallas żejjed, miżjud bl-interessi, jekk u meta l-persuna taxxabbli tkun ġiet awtorizzata, mill-imsemmija awtoritajiet fiskali, tħallas it-taxxa ta’ reġistrazzjoni kkalkulata skont din il-prorata.


(1)  ĠU C 245, 27.07.2015.


Top