Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0011

    Kawża C-11/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud – ir-Repubblika Ċeka) – Odvolací finanční ředitelství vs Český rozhlas (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sitt Direttiva 77/388/KEE — Taxxa fuq il-valur miżjud — Artikolu 2(1) — Provvista ta’ servizzi mwettqa bi ħlas — Kunċett — Xandir pubbliku — Finanzjament permezz ta’ tariffa legali obbligatorja)

    ĠU C 314, 29.8.2016, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.8.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 314/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud – ir-Repubblika Ċeka) – Odvolací finanční ředitelství vs Český rozhlas

    (Kawża C-11/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sitt Direttiva 77/388/KEE - Taxxa fuq il-valur miżjud - Artikolu 2(1) - Provvista ta’ servizzi mwettqa bi ħlas - Kunċett - Xandir pubbliku - Finanzjament permezz ta’ tariffa legali obbligatorja))

    (2016/C 314/04)

    Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

    Qorti tar-rinviju

    Nejvyšší správní soud

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Odvolací finanční ředitelství

    Konvenut: Český rozhlas

    Dispożittiv

    L-Artikolu 2(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li attività ta’ xandir pubbliku, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, iffinanzjata minn tariffa legali obbligatorja mħallsa mill-persuni proprjetarji jew li jżommu riċevitur tar-radju u eżerċitata minn kumpannija tax-xandir maħluqa mil-liġi ma tikkostitwixxix provvista ta’ servizzi “magħmula bi ħlas” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u għalhekk ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.


    (1)  ĠU C 138, 27.4.2015.


    Top