Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0778

    Kawża T-778/14: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Novembru 2014 – Ugly vs UASI – Group Lottuss (COYOTE UGLY)

    ĠU C 26, 26.1.2015, p. 41–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.1.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 26/41


    Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2014 – Ugly vs UASI – Group Lottuss (COYOTE UGLY)

    (Kawża T-778/14)

    (2015/C 026/53)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Ugly, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. St Quintin, Barrister, K. Gilbert u C. Mackey, Solicitors)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Group Lottuss Corp., SL (Barcelona, Spanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

    Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “COYOTE UGLY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 226 198

    Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Settembru 2014 fil-Każ R 1369/2013-5

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjonijiet tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u tal-Bord tal-Appell u tirrinvija l-oppożizzjoni quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni għal kunsiderazzjoni mill-ġdid;

    tordna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tbati l-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1), (2) u (4) tar-Regolament Nru 207/2009;


    Top