Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0390

    Kawża T-390/14: Rikors ippreżentat fit- 3 ta Ġunju 2014 – Établissement Amra vs UASI (KJ KANGOO JUMPS XR)

    ĠU C 315, 15.9.2014, p. 64–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.9.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 315/64


    Rikors ippreżentat fit-3 ta Ġunju 2014 – Établissement Amra vs UASI

    (KJ KANGOO JUMPS XR)

    (Kawża T-390/14)

    2014/C 315/108

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Établissement Amra (Vaduz, Liechtenstein) (rappreżentant: S. Rizzo, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla kompletament id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-10 ta’ Marzu 2014 fil-Każ R 1511/2013-2;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark ta’ pożizzjoni li tikkonsisti fil-parti inferjuri tal-molla f’tagħmir użat għall-isport u għall-eżerċizzju, li tinkludi l-element verbali “KJ KANGOO JUMPS XR” għall-prodotti fil-klassi 28 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 7 26  494

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


    Top