Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0365

    Kawża T-365/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2015 – CBM vs UASI – Aeronautica Militare (TRECOLORE) (“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva TRECOLORE — Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti FRECCE TRICOLORI — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

    ĠU C 398, 30.11.2015, p. 53–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 398/53


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2015 – CBM vs UASI – Aeronautica Militare (TRECOLORE)

    (Kawża T-365/14) (1)

    ((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva TRECOLORE - Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti FRECCE TRICOLORI - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

    (2015/C 398/67)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: CBM Creative Brands Marken GmbH (Zurich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: U. Lüken, M. Grundmann u N. Kerger, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Aeronautica Militare – Stato Maggiore (Ruma, l-Italja)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ April 2014 (Każ R 411/2013-5, dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Aeronautica Militare – Stato Maggiore u CBM Creative Brands Marken GmbH.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    CBM Creative Brands Marken GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 253, 4.8.2014.


    Top