Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0266

    Kawża T-266/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Lulju 2016 – Argus Security Projects vs Il-Kummissjoni (“Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Provvista ta’ servizzi ta’ sigurtà fil-kuntest tal-missjoni ta’ assistenza tal-Unjoni għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri fil-Libja — Ċaħda ta’ offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor — Obbligu ta’ motivazzjoni”)

    ĠU C 314, 29.8.2016, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.8.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 314/19


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Lulju 2016 – Argus Security Projects vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-266/14) (1)

    ((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Provvista ta’ servizzi ta’ sigurtà fil-kuntest tal-missjoni ta’ assistenza tal-Unjoni għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri fil-Libja - Ċaħda ta’ offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

    (2016/C 314/26)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Argus Security Projects Ltd (Limassol, Ċipru) (rappreżentanti: T. Bontinck u E. van Nuffel d’Heynsbroeck, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u D. Gauci, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u għall-annullament tad-deċiżjoni tal-missjoni ta’ assistenza tal-Unjoni Ewropea għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) li ma taċċettax l-offerta sottomessa mir-rikorrenti, għall-għoti bi proċedura kompetittiva nnegozjata, tal-kuntratt dwar is-servizzi ta’ sigurtà fil-kuntest tal-EUBAM Libya għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri fil-Libja (kuntratt EUBAM-13-020) u li tagħti l-kuntratt lil Garda World Ltd.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-missjoni ta’ assistenza tal-Unjoni Ewropea (EUBAM Libya) li ma taċċettax l-offerta sottomessa minn Argus Security Projects Ltd għall-għoti, bi proċedura kompetittiva nnegozjata, tal-kuntratt dwar is-servizzi ta’ sigurtà fil-kuntest tal-EUBAM Libua għal ġestjoni integrata tal-fruntieri fil-Libja (kuntratt EUBAM-13-020) u li tagħti l-kuntratt lil Garda World Ltd hija annullata.

    2)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 245, 28.7.2014.


    Top