Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0244

    Kawża T-244/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2015 – The Smiley Company vs UASI (Forma ta’ wiċċ fi stilla) [“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali — Forma ta’ wiċċ fi stilla — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

    ĠU C 398, 30.11.2015, p. 50–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 398/50


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2015 – The Smiley Company vs UASI (Forma ta’ wiċċ fi stilla)

    (Kawża T-244/14) (1)

    ([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ wiċċ fi stilla - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

    (2015/C 398/63)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: The Smiley Company SPRL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Freitag u C. Albrecht, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Geroulakos u A. Folliard-Monguiral, aġent)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Jannar 2014 (Każ R 838/2013-1), dwar talba għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kostitwit minn forma ta’ wiċċ fi stilla bħala trade mark Komunitarja.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-16 ta’ Jannar 2014 (Każ R 838/2013-1) hija annullata f’dak li jirrigwarda r-rifjut ta’ reġistrazzjoni tat-trade mark mitluba għal “frott u ħxejjex ippreżervati, iffriżati, imnixxfin u msajjrin; prodotti tal-ħalib”.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Il-partijiet għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


    (1)  ĠU C 282, 25.8.2014.


    Top