EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0228

Kawża T-228/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2015 – CBM vs UASI – Aeronautica Militare (TRECOLORE) [“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva TRECOLORE — Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti FRECCE TRICOLORI — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

ĠU C 398, 30.11.2015, p. 48–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/48


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2015 – CBM vs UASI – Aeronautica Militare (TRECOLORE)

(Kawża T-228/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva TRECOLORE - Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti FRECCE TRICOLORI - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 398/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CBM Creative Brands Marken GmbH (Zurich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: U. Lüken, M. Grundmann u N. Kerger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Aeronautica Militare – Stato Maggiore (Ruma, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Jannar 2014 (Każ R 594/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Aeronautica Militare – Stato Maggiore u CBM Creative Brands Marken GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

CBM Creative Brands Marken GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 245, 28.7.2014.


Top