This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014FN0003
Case F-3/14: Action brought on 10th January 2014 — ZZ v European Aviation Safety Agency (EASA)
Kawża F-3/14: Rikors ippreżentat fl- 10 ta’ Jannar 2014 — ZZ vs L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (EASA)
Kawża F-3/14: Rikors ippreżentat fl- 10 ta’ Jannar 2014 — ZZ vs L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (EASA)
ĠU C 85, 22.3.2014, p. 27–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 85/27 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2014 — ZZ vs L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (EASA)
(Kawża F-3/14)
2014/C 85/46
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: T. Bontinck, A. Guillerme, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (EASA)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-EASA li ġġedded il-kuntratt tar-rikorrent għal sena waħda biss minflok ħames snin, bi ksur tal-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008/KE.
Talbiet tar-rikorrent
— |
jannulla d-deċiżjoni tat-12 ta’ Marzu 2013 tal-Bord Amministrattiv li jġedded il-kuntratt tiegħu għal sena waħda biss; |
— |
konsegwentement, jannulla l-emenda Nru 2 għall-kuntratt ta’ xogħol tiegħu li ġġedded il-kuntratt għal perijodu ta’ sena; |
— |
jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |