This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CN0535
Case C-535/14 P: Appeal brought on 24 November 2014 by Vadzim Ipatau against the judgment of the General Court (First Chamber) delivered on 23 September 2014 in Case T-646/11 Ipatau v Council
Kawża C-535/14 P: Appell ippreżentat fl- 24 ta’ Novembru 2014 minn Vadzim Ipatau mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit- 23 ta’ Settembru 2014 fil-Kawża T-646/11, Ipatau vs Il-Kunsill
Kawża C-535/14 P: Appell ippreżentat fl- 24 ta’ Novembru 2014 minn Vadzim Ipatau mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit- 23 ta’ Settembru 2014 fil-Kawża T-646/11, Ipatau vs Il-Kunsill
ĠU C 26, 26.1.2015, p. 20–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 26/20 |
Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2014 minn Vadzim Ipatau mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-23 ta’ Settembru 2014 fil-Kawża T-646/11, Ipatau vs Il-Kunsill
(Kawża C-535/14 P)
(2015/C 026/24)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Vadzim Ipatau (rappreżentant: M. Michalauskas, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tal-appellant
— |
tannull s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2014 (Każ T-646/11), |
— |
tiddeċiedi definittivament it-tilwima jew tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali biex tagħti deċiżjoni, |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż, inkluż għall-ispejjeż quddiem il-Qorti Ġenerali. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellant jinvoka erba’ aggravji insostenn tal-appell tiegħu.
Fl-ewwel lok, l-appellant iqis li l-Qorti Ġenerali wettqet ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva billi ċaħdet kull effett sospensiv għall-preżentata ta’ talba għal għajnuna legali fuq it-terminu previst għall-preżentata ta’ rikors għal annullament kontra l-att ikkontestat.
Fit-tieni lok, l-appellant jilmenta li l-Qorti Ġenerali wettqet ksur tad-drittijiet tad-difiża. Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-Kunsill ma kienx marbut li jikkomunika lill-appellant il-provi li jinkriminaw u lanqas li jagħtih l-opportunità li jinstema’ qabel l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK (1) u tar-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 1017/2012 (2).
Fit-tielet lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta qieset li l-motivi stabbiliti fl-atti kkontestati kellhom natura suffiċjenti.
Fir-raba’ lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta qieset li l-atti kkontestati ma kinux sproporzjonati.
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 285, p. 1).
(2) Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1017/2012, tas-6 ta’ Novembru 2012, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 307, p. 7).