This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CN0489
Case C-489/14: Reference for a preliminary ruling from High Court of Justice, Family Division (England and Wales) (United Kingdom) made on 4 November 2014 — A v B
Kawża C-489/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice, Family Division (England and Wales) (Ir-Renju Unit) fl- 4 ta’ Novembru 2014 – A vs B
Kawża C-489/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice, Family Division (England and Wales) (Ir-Renju Unit) fl- 4 ta’ Novembru 2014 – A vs B
ĠU C 26, 26.1.2015, p. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 26/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice, Family Division (England and Wales) (Ir-Renju Unit) fl-4 ta’ Novembru 2014 – A vs B
(Kawża C-489/14)
(2015/C 026/13)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice, Family Division (England and Wales)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: A
Konvenut: B
Domandi preliminari
1. |
Għall-finijiet tal-Artikolu 19(1) u (3) (1), xi tfisser “stabbilita”, f’ċirkustanzi fejn:-
|
2. |
B’mod partikolari, “stabbilita” timplika li r-rikorrent fil-proċeduri fl-ewwel istanza għandu jieħu passi biex ikompli l-proċeduri fl-ewwel istanza bid-diliġenza u bl-ispeditezza dovuta għar-riżoluzzjoni tat-tilwima (kemm jekk permezz tal-qorti jew bi ftehim bonarju), jew ir-rikorrent fil-proċeduri fl-ewwel istanza, ladarba jkun assigura l-ġurisdizzjoni skont l-Artikoli 3 u 19(1), huwa liberu li ma jieħu ebda passi sostantivi lejn ir-riżoluzzjoni tal-proċeduri fl-ewwel istanza kif intqal iktar ’il fuq, u huwa għalhekk liberu li sempliċiment jiżgura l-waqfien tal-proċeduri fit-tieni istanza u nuqqas ta’ progress fit-tilwima b’mod ġenerali? |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243)