This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CN0427
Case C-427/14: Request for a preliminary ruling from the Augstākā tiesa (Latvia) lodged on 18 September 2014 — Valsts ieņēmumu dienests v SIA ‘Veloserviss’
Kawża C-427/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fit- 18 ta’ Settembru 2014 – Valsts ieņēmumu dienests vs SIA “Veloserviss”
Kawża C-427/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fit- 18 ta’ Settembru 2014 – Valsts ieņēmumu dienests vs SIA “Veloserviss”
ĠU C 421, 24.11.2014, p. 21–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 421/21 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fit-18 ta’ Settembru 2014 – Valsts ieņēmumu dienests vs SIA “Veloserviss”
(Kawża C-427/14)
2014/C 421/30
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākā tiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Appellanti: Valsts ieņēmumu dienests
Parti oħra fil-proċedura: SIA “Veloserviss”
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 78(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (1) li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi jillimita l-possibbiltà li jsir mill-ġdid kontroll wara r-rilaxx jew li jiġu rriveduti r-riżultati ta’ kontroll wara r-rilaxx inizjali? |
2) |
Il-dritt nazzjonali ta’ Stat Membru jista’ jistabbilixxi proċedura għat-twettiq tal-kontolli wara r-rilaxx previsti fl-Artikolu 78(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, u restrizzjonijiet għar-reviżjoni tar-riżultati tal-kontrolli? |
3) |
L-Artikolu 78(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità jista’ jiġi interpretat fis-sens li d-dritt nazzjonali jista’ jinkludi restrizzjonijiet għar-reviżjoni tar-riżultati ta’ kontroll wara r-rilaxx inizjali, jekk tiġi rċevuta informazzjoni li skontha l-leġiżlazzjoni doganali ġiet applikata abbażi ta’ informazzjoni żbaljata jew inkompleta, fatt li ma kienx magħruf fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar il-kontroll wara r-rilaxx inizjali? |
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).