EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0002

Kawża C-2/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit- 3 ta’ Jannar 2014 — proċeduri kriminali kontra Thi Bich Ngoc Nguyen u Nadine Schönherr

ĠU C 71, 8.3.2014, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Jannar 2014 — proċeduri kriminali kontra Thi Bich Ngoc Nguyen u Nadine Schönherr

(Kawża C-2/14)

(2014/C 71/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Thi Bich Ngoc Nguyen

Nadine Schönherr

Parti oħra fil-proċeduri: Generalbundesanwalt beim Bundesgerichtshof

Domanda preliminari

Prodotti mediċinali kif iddefiniti bid-Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (1), li fihom “sustanza klassifikata” skont ir-Regolamenti Nru 273/2004 (2) u Nru 111/2005 (3) huma dejjem esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti skont l-Artikolu 2(a) ta’ dawn ir-regolamenti, jew dan għandu biss jiġi preżunt jekk il-prodotti mediċinali jkunu komposti b’tali mod li s-sustanzi kklassifikati jistgħu jintużaw u jiġu estratti faċilment u ekonomikament biss fis-sens ta’ dawn ir-regolamenti?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69.

(2)  Regolament (KE) Nru 273/2004, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, dwar prekursuri tad-droga (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 8, p. 46).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005, tat-22 ta’ Diċembru 2004, li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta’ kummerċ fil-prekursuri ta’ drogi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi (ĠU 2008, L 333M, p. 472).


Top