This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CA0040
Case C-40/14: Judgment of the Court (Eighth Chamber) of 20 November 2014 (request for a preliminary ruling from the Cour de cassation — France) — Direction générale des douanes et droits indirects, Chef de l’Agence de poursuites de la Direction nationale du renseignement et des enquêtes douanières, Direction régionale des douanes et droits indirects de Lyon v Utopia SARL (Reference for a preliminary ruling — Customs union and Common Customs Tariff — Importation free of customs duties — Animals specially prepared for laboratory use — Public establishment or an authorised private establishment — Importer whose customers are such establishments — Packing materials or packing containers — Cages used for transportation of animals)
Kawża C-40/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal- 20 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Direction générale des douanes et droits indirects, Chef de l'agence de poursuites de la Direction nationale du renseignement et des enquêtes douanières, Direction régionale des douanes et droits indirects de Lyon vs Utopia SARL (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Unjoni doganali u Tariffa Doganali Komuni — Eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni — Annimali ppreparati b’mod speċjali sabiex jintużaw fil-laboratorju — Stabbiliment pubbliku jew ta’ utilità pubblika jew privata ċċertifikat — Importatur li għandu lil tali stabbilimenti bħala klijenti — Imballaġġ — Gaġeġ għat-trasport tal-annimali)
Kawża C-40/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal- 20 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Direction générale des douanes et droits indirects, Chef de l'agence de poursuites de la Direction nationale du renseignement et des enquêtes douanières, Direction régionale des douanes et droits indirects de Lyon vs Utopia SARL (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Unjoni doganali u Tariffa Doganali Komuni — Eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni — Annimali ppreparati b’mod speċjali sabiex jintużaw fil-laboratorju — Stabbiliment pubbliku jew ta’ utilità pubblika jew privata ċċertifikat — Importatur li għandu lil tali stabbilimenti bħala klijenti — Imballaġġ — Gaġeġ għat-trasport tal-annimali)
ĠU C 26, 26.1.2015, p. 8–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 26/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-20 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Direction générale des douanes et droits indirects, Chef de l'agence de poursuites de la Direction nationale du renseignement et des enquêtes douanières, Direction régionale des douanes et droits indirects de Lyon vs Utopia SARL
(Kawża C-40/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali u Tariffa Doganali Komuni - Eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni - Annimali ppreparati b’mod speċjali sabiex jintużaw fil-laboratorju - Stabbiliment pubbliku jew ta’ utilità pubblika jew privata ċċertifikat - Importatur li għandu lil tali stabbilimenti bħala klijenti - Imballaġġ - Gaġeġ għat-trasport tal-annimali))
(2015/C 026/10)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Direction générale des douanes et droits indirects, Chef de l'agence de poursuites de la Direction nationale du renseignement et des enquêtes douanières, Direction régionale des douanes et droits indirects de Lyon
Konvenuta: Utopia SARL
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 60 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83, tat-28 ta’ Marzu 1983, li jwaqqaf sistema Komunitarja ta’ eżenzjoniiet minn dazju doganali, kif emendat bl-att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li, jekk l-annimali speċjalment ippreparati sabiex jintużaw fil-laboratorju li importatur idaħħal fit-territorju tal-Unjoni jkunu maħsuba għal stabbiliment pubbliku jew ta’ utilità pubblika jew privata ċċertifikat, li jkollu bħala l-attività prinċipali tiegħu t-tagħlim jew ir-riċerka xjentifika, dan l-importatur, minkejja li ma jkunx huwa stess tali stabbiliment, jista’ jibbenefika mill-eżenzjoni mid-dazju fuq l-importazzjoni prevista f’dan l-artikolu għal dan it-tip ta’ prodott. |
2) |
Ir-Regola Ġenerali 5(b) tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1789/2003, tal-11 ta’ Settembru 2003 għandha tiġi interpretata fis-sens li gaġeġ użati għat-trasport ta’ annimali ħajjin maħsuba għar-riċerka fil-laboratorju ma jaqgħux taħt il-kategorija tal-imballaġġi li għandhom jiġu kklassifikati mal-prodotti li jkunu fihom. |