EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0009

Kawża C-9/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Staatssecretaris van Financiën vs D. G. Kieback (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-ħaddiema — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxi fuq id-dħul — Dħul irċevut fit-territorju ta’ Stat Membru — Ħaddiem mhux residenti — Tassazzjoni fl-Istat tal-impjieg — Kundizzjonijiet)

ĠU C 279, 24.8.2015, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Staatssecretaris van Financiën vs D. G. Kieback

(Kawża C-9/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-ħaddiema - Leġiżlazzjoni fiskali - Taxxi fuq id-dħul - Dħul irċevut fit-territorju ta’ Stat Membru - Ħaddiem mhux residenti - Tassazzjoni fl-Istat tal-impjieg - Kundizzjonijiet))

(2015/C 279/12)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën

Konvenut: D. G. Kieback

Dispożittiv

L-Artikolu 39(2) KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix lil Stat Membru li, għall-finijiet tat-tassazzjoni tad-dħul ta’ ħaddiem mhux residenti li jkun eżerċita l-attivitajiet professjonali tiegħu f’dan l-Istat Membru matul parti mis-sena, jirrifjuta li jagħti lil dan il-ħaddiem vantaġġ fiskali li jieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni personali u familjari tiegħu, għar-raġuni li, minkejja li huwa jkun akkwista, f’dan l-istess Stat Membru, it-totalità jew il-kważi-totalità tad-dħul tiegħu għal dan il-perijodu, dan id-dħul ma jirrappreżentax il-parti l-kbira tad-dħul taxxabbli tiegħu matul is-sena kollha inkwistjoni. Il-fatt li l-ħaddiem telaq mill-pajjiż sabiex jeżerċita l-attività professjonali tiegħu fi Stat terz u mhux fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni ma jaffettwax din l-interpretazzjoni.


(1)  ĠU C 102, 7.4.2014.


Top