Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TB0288

Kawża T-288/13 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas- 26 ta’ Mejju 2014 – AK vs Il-Kummissjoni ( “Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Evalwazzjoni — Rapport tal-iżvilupp tal-karriera — Proċeduri ta’ evalwazzjoni 2001/2002, 2004, 2005 u 2008 — Redazzjoni tardiva tar-rapporti tal-iżvilupp tal-karriera — Danni morali — Telf ta’ opportunità ta’ promozzjoni — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat” )

ĠU C 315, 15.9.2014, p. 59–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 315/59


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Mejju 2014 – AK vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-288/13 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Proċeduri ta’ evalwazzjoni 2001/2002, 2004, 2005 u 2008 - Redazzjoni tardiva tar-rapporti tal-iżvilupp tal-karriera - Danni morali - Telf ta’ opportunità ta’ promozzjoni - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”))

2014/C 315/99

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: AK (Esbo, il-Finlandja) (rappreżentanti: inizjalment D. de Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, sussegwentement D. De Abreu Caldas u Louis, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Marzu 2013, AK vs Il-Kummissjoni (F-91/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

AK għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 233, 10.08.2013.


Top