EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0677

Kawża T-677/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2015 – Axa Versicherung vs Il-Kummissjoni (“Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti relatati ma’ proċedura għall-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni — Talba li tirrigwarda sensiela ta’ dokumenti — Rifjut ta’ aċċess — Talba li tirrigwarda dokument wieħed — Werrej — Obbligu li jitwettaq eżami konkret u individwali — Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz — Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-iskop ta’ ispezzjonijiet, investigazzjoni u verifiki — Interess pubbliku superjuri — Kawża għal kumpens — Obbligu ta’ motivazzjoni”)

ĠU C 279, 24.8.2015, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2015 – Axa Versicherung vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-677/13) (1)

((“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti relatati ma’ proċedura għall-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni - Talba li tirrigwarda sensiela ta’ dokumenti - Rifjut ta’ aċċess - Talba li tirrigwarda dokument wieħed - Werrej - Obbligu li jitwettaq eżami konkret u individwali - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-iskop ta’ ispezzjonijiet, investigazzjoni u verifiki - Interess pubbliku superjuri - Kawża għal kumpens - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

(2015/C 279/42)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Axa Versicherung AG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Bahr, S. Dethof u A. Malec, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Clotuche-Duvieusart u H. Krämer, aġenti, assistiti minn R. Van der Hout u minn A. Köhler, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Saint-Gobain Sekurit Deutschland GmbH & Co. KG (Aachen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Meyring u E. Venot, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Gestdem 2012/817 u 2012/3021, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li tiċħad żewġ talbiet ta’ aċċess għal dokumenti tal-fajl fil-Każ COMP/39.125 (Ħġieġ tal-karozzi)

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Gestdem 2012/817 u 2012/3021, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li tiċħad żewġ talbiet ta’ aċċess għal dokumenti tal-fajl tal-Każ COMP/39.125 (Ħġieġ tal-karozzi), hija annullata sa fejn tirrigwarda rifjut sabiex Axa Versicherung AG tkun tista’ taċċedi għar-riferimenti għad-“dokumenti ta’ klemenza” inklużi fil-werrej ta’ dan il-fajl.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Axa Versicherung u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

4)

Saint-Gobain Sekurit Deutschland GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 71, 8.3.2014.


Top