EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0642

Kawża T-642/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2015 – Wolverine International vs UASI – BH Stores (cushe) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Reġistrazzjoni internazzjonali li tkopri lill-Komunità Ewropea — Trade mark figurattiva cushe — Trade marks nazzjonali verbali preċedenti SHE u figurattivi preċedenti she — Raġuni relattiva għal rifjut — Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”)

ĠU C 398, 30.11.2015, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2015 – Wolverine International vs UASI – BH Stores (cushe)

(Kawża T-642/13) (1)

((Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Reġistrazzjoni internazzjonali li tkopri lill-Komunità Ewropea - Trade mark figurattiva cushe - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti SHE u figurattivi preċedenti she - Raġuni relattiva għal rifjut - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”))

(2015/C 398/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Wolverine International, LP (George Town, il-Ġżejjer Kayman, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Plesser u R. Heine, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: BH Stores BV (Curaçao, Curaçao, Entità awtonoma tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: T. Dolde, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1269/2012-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn BH Store BV u Wolverine International, LP.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Wolverine International, LP hija kkundannata għall-ispejjeż, bl-eċċezzjoni ta’ dawk sostnuti minn BH Store BV quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-Uffiċċju għall- Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

3)

It-talba ta’ BH Store marbuta mal-ispejjeż li hija sostniet quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-UASI hija miċħuda.


(1)  ĠU C 85, 22.3.2014.


Top