Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0584

    Kawża T-584/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2018 – BASF Agro et vs Il-Kummissjoni (“Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Sustanza attiva fipronil — Reviżjoni tal-approvazzjoni — Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 — Projbizzjoni tal-użu u l-bejgħ ta’ żrieragħ trattati bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva inkwistjoni — Artikolu 49(2) tar-Regolament Nru 1107/2009 — Prinċipju ta’ prekawzjoni — Analiżi tal-impatt”)

    ĠU C 231, 2.7.2018, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    201806150851955162018/C 231/225842013TC23120180702MT01MTINFO_JUDICIAL20180517192021

    Kawża T-584/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2018 – BASF Agro et vs Il-Kummissjoni (“Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Sustanza attiva fipronil — Reviżjoni tal-approvazzjoni — Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 — Projbizzjoni tal-użu u l-bejgħ ta’ żrieragħ trattati bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva inkwistjoni — Artikolu 49(2) tar-Regolament Nru 1107/2009 — Prinċipju ta’ prekawzjoni — Analiżi tal-impatt”)

    Top

    C2312018MT1910120180517MT0022191202

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2018 – BASF Agro et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-584/13) ( 1 )

    “(“Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Sustanza attiva fipronil — Reviżjoni tal-approvazzjoni — Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 — Projbizzjoni tal-użu u l-bejgħ ta’ żrieragħ trattati bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva inkwistjoni — Artikolu 49(2) tar-Regolament Nru 1107/2009 — Prinċipju ta’ prekawzjoni — Analiżi tal-impatt”)”

    2018/C 231/22Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: BASF Agro BV (Arnhem, il-Pajjiżi l-Baxxi) u s-sitt rikorrenti l-oħra li isimhom jinsab anness mas-sentenza (rappreżentanti: J.-P. Montfort u M. Peristeraki, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Ondrůšek u G. von Rintelen, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Association européenne pour la protection des cultures (ECPA) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: I. de Seze, É. Mullier, avukati u D. Abrahams, barrister), European Seed Association (ESA) (Brussell) (rappreżentanti: inizjalment P. de Jong, P. Vlaemminck u B. Van Vooren, sussegwentement P. de Jong, K. Claeyé u E. Bertolotto, avukati)

    Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Deutscher Berufs- und Erwerbsimkerbund eV (Soltau, il-Ġermanja), Österreichischer Erwerbsimkerbund (Großebersdorf, l-Awstrija), Österreichischer Imkerbund (ÖIB) (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: A. Willand u B. Tschida, avukati)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 781/2013, tal-14 ta’ Awwissu 2013, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva fipronil u li jipprojbixxi l-użu u l-bejgħ ta’ żrieragħ trattati bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva (ĠU 2013, L 219, p. 22).

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikoli 1, 3 u 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 781/2013, tal-14 ta’ Awwissu 2013, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva fipronil u li jipprojbixxi l-użu u l-bejgħ ta’ żrieragħ trattati bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva, huma annullati.

    2)

    Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

    3)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha, dawk ta’ BASF Agro BV u tar-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher anness, kif ukoll dawk tal-Association européenne pour la protection des cultures (ECPA) u tal-European Seed Association (ESA).

    4)

    Id-Deutscher Berufs- und Erwerbsimkerbund eV, l-Österreichischer Erwerbsimkerbund u l-Österreichischer Imkerbund (ÖIB) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


    ( 1 ) ĠU C 9, 11.1.2014.

    Top