Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013FA0005

    Kawża F-5/13: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat- 2 ta’ Ġunju 2014 – Da Cunha Almeida vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Kompetizzjoni ġenerali — Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva — Test ta’ raġunament verbali — Eċċezzjoni ta’ illegalità tal-avviż ta’ kompetizzjoni — Għażla tat-tieni lingwa fost tliet lingwi — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni)

    ĠU C 315, 15.9.2014, p. 73–73 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.9.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 315/73


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2014 – Da Cunha Almeida vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-5/13) (1)

    ((Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Test ta’ raġunament verbali - Eċċezzjoni ta’ illegalità tal-avviż ta’ kompetizzjoni - Għażla tat-tieni lingwa fost tliet lingwi - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni))

    2014/C 315/122

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Paulo Jorge da Cunha Almeida (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J. Grayston, solicitor, G. Pandey u M. Gambardella, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/205/10.

    Dispożittiv

    1)

    Id-Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/205/10, tad-9 ta’ Marzu 2012, trażmessa permezz tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal, li tiċħad it-talba ta’ eżami mill-ġdid ta’ P. J. Da Cunha Almeida, wara l-eżklużjoni tiegħu mil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni permezz ta’ deċiżjoni tat-23 ta’ Diċembru 2011, hija annullata.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti minn P. J. Da Cunha Almeida.


    (1)  ĠU C 123, 27.04.2013, p. 29.


    Top