EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013FA0004

Kawża F-4/13: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat- 8 ta’ Diċembru 2014 – Cwik vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Evalwazzjoni — Rapport ta’ evalwazzjoni — Proċedura ta’ evalwazzjoni 1995/1997 — Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza — Talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni — Assenza ta’ referiment lill-Kumitat konġunt tal-evalwazzjonijiet — Dewmien li bih twettqet ir-redazzjoni tar-rapport ta’ evalwazzjoni — Rikors għad-danni)

ĠU C 26, 26.1.2015, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/43


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2014 – Cwik vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-4/13) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport ta’ evalwazzjoni - Proċedura ta’ evalwazzjoni 1995/1997 - Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza - Talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni - Assenza ta’ referiment lill-Kumitat konġunt tal-evalwazzjonijiet - Dewmien li bih twettqet ir-redazzjoni tar-rapport ta’ evalwazzjoni - Rikors għad-danni))

(2015/C 026/55)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Michael Cwik (Tervuren, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni dwar ir-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu mill-1995 sal-1997 u talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-12 ta’ Marzu 2012 li tirrigwarda redazzjoni definittiva tar-rapport il-ġdid ta’ evalwazzjoni ta’ M. Cwik għall-proċedura ta’ evalwazzjoni 1995/1997 hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas M. Cwik is-somma ta’ EUR 15  000 bħala kumpens għad-dannu morali subit.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż esposti minn M. Cwik.


(1)  ĠU C 108, 13.04.2013, p. 38.


Top