Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0633

    Kawża C-633/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fit- 3 ta’ Diċembru 2013 — Polska Izba Informatyki i Telekomunikacji z siedzibą w Warszawie vs Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej

    ĠU C 71, 8.3.2014, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 71/7


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fit-3 ta’ Diċembru 2013 — Polska Izba Informatyki i Telekomunikacji z siedzibą w Warszawie vs Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej

    (Kawża C-633/13)

    (2014/C 71/11)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Sąd Najwyższy (il-Polonja)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Polska Izba Informatyki i Telekomunikacji z siedzibą w Warszawie

    Konvenuta: Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva ta’ Aċċess) (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest tal-obbligi relatati mal-kontroll tal-prezzijiet, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu fuq l-operaturi li għandhom saħħa sinjifikattiva fis-suq obbligu li jipprojbixxilhom li japplikaw, fuq in-netwerk telefoniċi tagħhom, tariffi eċċesivi għat-terminazzjoni ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi bħal dawn?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 323.


    Top