Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0178

    Kawża C-178/13: Rikors ippreżentat fil- 11 ta’April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja

    ĠU C 156, 1.6.2013, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 156/25


    Rikors ippreżentat fil-11 ta’April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja

    (Kawża C-178/13)

    2013/C 156/40

    Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Koskinen u J. Hottiaux)

    Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja

    Talbiet

    tikkonstata li, billi ma adottatx, f’dak li jikkonċerna s-sewwieqa indipendenti, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentarji u amministrattivi neċessarji sabiex tħares id-Direttiva 2002/15/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2002, dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq jew fi kwalunkwe każ naqset milli tikkomunika dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Finlandja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 2(1), l-Artikoli 3 sa 7, u l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2002/15/KE;

    tikkundanna lir-Repubblika tal-Finlandja għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fit-23 ta’ Marzu 2009


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 224


    Top