Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0113

    Kawża C-113/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit- 8 ta’ Marzu 2013 — ASL n. 5 “Spezzino” et vs San Lorenzo Società Cooperativa Sociale, Croce Verde Cogema Cooperativa Sociale Onlus

    ĠU C 156, 1.6.2013, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 156/20


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-8 ta’ Marzu 2013 — ASL n. 5 “Spezzino” et vs San Lorenzo Società Cooperativa Sociale, Croce Verde Cogema Cooperativa Sociale Onlus

    (Kawża C-113/13)

    2013/C 156/31

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Consiglio di Stato

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: ASL n. 5 “Spezzino”, A.N.P.A.S. Associazione Nazionale Pubblica Assistenza — Comitato Regionale Liguria, Regione Liguria

    Konvenuti: San Lorenzo Società Cooperativa Sociale, Croce Verde Cogema Cooperativa Sociale Onlus

    Domandi preliminari

    (1)

    L-Artikoli 49, 56, 105 u 106 TFUE jipprekludu dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tipprovdi li servizzi ta’ trasport mediku jingħataw bi prijorità lill-assoċjazzjonijiet ta’ volontarjat, lis-Salib l-Aħmar Taljan u lill-istituzzjonijiet jew lill-entitajiet pubbliċi oħra awtorizzati, għalkemm abbażi ta’ ftehim li jipprovdi biss għar-rimbors tal-ispejjeż effettivament sostnuti?

    (2)

    Id-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi — f’dan il-każ, fir-rigward tal-kuntratti esklużi, il-prinċipji ġenerali ta’ kompetizzjoni libera, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ trasparenza u ta’ proporzjonalità — jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-għoti dirett tas-servizz ta’ trasport mediku, meta jkun hemm lok li ftehim qafas bħal dak kontenzjuż, li jipprovdi wkoll għar-rimbors ta’ spejjeż fissi u permanenti, jiġi kkwalifikat bħala li jsir bi ħlas?


    Top