This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CN0089
Case C-89/13: Request for a preliminary ruling from the Tribunale di Napoli (Italy) lodged on 22 February 2013 — Luigi D’Aniello and Others v Poste Italiane SpA
Kawża C-89/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Napoli (l-Italja) fit- 22 ta’ Frar 2013 — Luigi D’Aniello et vs Poste Italiane SpA
Kawża C-89/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Napoli (l-Italja) fit- 22 ta’ Frar 2013 — Luigi D’Aniello et vs Poste Italiane SpA
ĠU C 156, 1.6.2013, p. 18–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 156/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Napoli (l-Italja) fit-22 ta’ Frar 2013 — Luigi D’Aniello et vs Poste Italiane SpA
(Kawża C-89/13)
2013/C 156/29
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Napoli
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Luigi D’Aniello et
Konvenuta: Poste Italiane SpA
Domandi preliminari
(1) |
Il-prinċipju ta’ ekwivalenza jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, fl-applikazzjoni tad-Direttiva 1999/70/KE (1), tipprevedi, fil-każ ta’ sospensjoni illegali tal-eżekuzzjoni ta’ kuntratt ta’ xogħol, li jkun fih klawżola nulla dwar it-tul tal-kuntratt, konsegwenzi ekonomiċi differenti u kunsiderevolment inqas favorevoli meta mqabbla mal-każ ta’ sospensjoni illegali tal-eżekuzzjoni ta’ kuntratt taħt id-dritt ċivili komuni, li jkun fih klawżola nulla dwar it-tul tal-kuntratt? |
(2) |
Huwa konformi mad-dritt tal-Unjoni li, fil-kuntest tal-applikazzjoni konkreta tagħha, sanzjoni tibbenefika lill-persuna li timpjega u li taġixxi b’mod abbużiv, għad-detriment tal-ħaddiem li jkun il-vittma ta’ dan l-aġir abbużiv, b’tali mod li t-tul tal-proċedura, anki jekk neċessarju, jippreġudika direttament lill-ħaddiem u jiffavorixxi lill-persuna li timpjega u li l-effikaċità tal-miżuri maħsuba sabiex tiġi stabbilita s-sitwazzjoni ex ante tonqos proporzjonalment iktar ma ddum il-proċedura u kważi tiġi fix-xejn? |
(3) |
Fil-kuntest tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 51 tal-Karta ta’ Nice, l-Artikolu 47 tal-Karta [tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea] u l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali jipprekludu li t-tul tal-proċedura, anki jekk neċessarju, jippreġudika direttament lill-ħaddiem u jiffavorixxi lill-persuna li timpjega u li l-effikaċità tal-miżuri maħsuba sabiex tiġi stabbilita s-sitwazzjoni ex ante tonqos proporzjonalment iktar ma ddum il-proċedura u kważi tiġi fix-xejn? |
(4) |
Fid-dawl tal-preċiżazzjonijiet magħmula fl-Artikolu 3(1)(ċ) tad-Direttiva 2000/78/KE (2) u fl-Artikolu 14(1)(ċ) tad-Direttiva 2006/54/KE (3), il-kunċett ta’ kundizzjonijiet tal-impjieg, li jinsab fil-klawżola 4 tad-Direttiva 1999/70/KE, jinkludi l-konsegwenzi tal-waqfien illegali tar-relazzjoni ta’ impjieg? |
(5) |
Fil-każ li tingħata risposta pożittiva għad-domanda preċedenti, id-differenza bejn il-konsegwenzi normalment previsti mill-ordinament ġudiku nazzjonali fir-rigward tal-waqfien illegali tar-relazzjoni ta’ impjieg skont jekk din tkunx għal żmien indeterminat jew għal żmien determinat tista’ tiġi ġġustifikata fid-dawl tal-Klawżola 4? |
(6) |
Il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni dwar iċ-ċertezza legali, il-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, l-opportunitajiet ugwali għall-partijiet, il-protezzjoni ġudizzjarja effettiva, id-dritt għal qorti indipendenti u, b’mod iktar ġenerali, id-dritt għal smigħ xieraq, iggarantiti mill-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea [kif emendat bl-Artikolu 1(8) tat-Trattat ta’ Lisbona u li għalih jagħmel riferiment l-Artikolu 46 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea] — ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-4 ta’ Novembru 1950, u mal-Artikoli 46, 47 u 52(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ipproklamata f’Nice fis-7 ta’ Diċembru 2000, li ġew ikkonfermati fit-Trattat ta’ Lisbona — għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lill-Istat Taljan milli jadotta, wara li jkun għadda tul ta’ żmien kunsiderevoli, dispożizzjoni normattiva bħalma huwa l-Artikolu 32(7) tal-Liġi Nru 183/10, kif interpretat bl-Artikolu 1(13) tal-Liġi Nru 92/12] li tibdel il-konsegwenzi tal-proċeduri pendenti u tippreġudika direttament lill-ħaddiem filwaqt li tiffavorixxi lill-persuna li timpjega u li l-effikaċità tal-miżuri maħsuba sabiex tiġi stabbilita s-sitwazzjoni ex ante tonqos proporzjonalment iktar ma ddum il-proċedura u kważi tiġi fix-xejn? |
(7) |
Fl-eventwalità li l-Qorti tal-Ġustizzja ma tirrikonoxxix li l-prinċipji msemmija għandhom il-valur ta’ prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni għall-finijiet tal-applikazzjoni orizzontali u ġġeneralizzata tagħhom bejn il-partijiet u, għaldaqstant, dispożizzjoni bħalma hija l-Artikolu 32(5) sa (7) tal-Liġi Nru 183/10 [kif interpretata bl-Artikolu 1(13) tal-Liġi Nru 92/2012] tkun kuntrarja biss għall-obbligi previsti fid-Direttiva 1999/70/KE u fil-Karta ta’ Nice, kumpannija, bħalma hija l-konvenuta, li jkollha l-karatteristiċi deskritti fil-punti [60] sa [66], għandha titqies li hija organu tal-Istat għall-finijiet tal-applikazzjoni diretta vertikali axxendenti tad-dritt Ewropew u b’mod partikolari tal-Klawżola 4 tad-Direttiva 1999/70/KE u tal-Karta ta’ Nice? |
(8) |
Fl-eventwalità li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tagħti risposta pożittiva għad-domandi 1, 2, 3 jew 4, il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, ikkunsidrat bħala prinċipju fundatur tal-Unjoni Ewropea, jippermetti li ma tiġix applikata dispożizzjoni interpretattiva, bħalma huwa l-Artikolu 1(13) tal-Liġi Nru 92/12, li tagħmel impossibbli l-osservanza tal-prinċipji li jirriżultaw mir-risposti għad-domandi 1 sa 4? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).
(2) Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).
(3) Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (ĠU L 204, p. 23).