Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0480

Kawża C-480/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas- 17 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg – il-Ġermanja) – Sysmex Europe GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Hafen (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Klassifikazzjoni tariffarja — Tariffa Doganali Komuni — Nomenklatura Magħquda — Intestaturi 3204, 3212 u 3822 — Sustanza li tipproduċi, permezz ta’ reazzjoni kimika u espożizzjoni għal raġġ tal-laser, effett ta’ fluorexxenza maħsub għall-analiżi ta’ ċelluli bojod)

ĠU C 315, 15.9.2014, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 315/24


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-17 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg – il-Ġermanja) – Sysmex Europe GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Hafen

(Kawża C-480/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Klassifikazzjoni tariffarja - Tariffa Doganali Komuni - Nomenklatura Magħquda - Intestaturi 3204, 3212 u 3822 - Sustanza li tipproduċi, permezz ta’ reazzjoni kimika u espożizzjoni għal raġġ tal-laser, effett ta’ fluorexxenza maħsub għall-analiżi ta’ ċelluli bojod))

2014/C 315/35

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sysmex Europe GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Hafen

Dispożittiv

In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1810/2004, tas-7 ta’ Settembru 2004, għandha tiġi interpretata fis-sens li merkanzija, komposta minn solventi u minn sustanza abbażi ta’ polimetin, li, għalkemm jista’ jkollha l-effett li tagħti l-kulur, dgħajjef u mhux permanenti, fuq drappijiet, prattikament ma tintużax għall-proprjetajiet tagħha li jagħtu l-kulur u hija maħsuba għall-analiżi taċ-ċelluli bojod tad-demm, permezz ta’ tqegħid ta’ joni fuq elementi speċifiċi tal-imsemmija ċelluli li, meta jiġu esposti għal raġġ tal-laser, isiru fluorexxenti għal żmien limitat, taqa’ taħt l-intestatura 3822 tal-imsemmija Nomenklatura Magħquda, relatata mar-reaġenti tal-laboratorju.


(1)  ĠU C 352, 30.11.2013.


Top