Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0473

    Kawżi magħquda C-473/13 u C-514/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas- 17 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof, Landgericht München I – il-Ġermanja) – Adala Bero vs Regierungspräsidium Kassel (C-473/13), Ettayebi Bouzalmate vs Kreisverwaltung Kleve (C-514/13) [Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Direttiva 2008/115/KE — Standards u proċeduri komuni applikabbli fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu irregolarment — Artikolu 16(1) — Detenzjoni għall-finijiet ta’ tneħħija — Detenzjoni f’ħabs — Impossibbiltà li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jitqiegħdu f’faċilità speċjalizzata ta’ detenzjoni — Assenza ta’ tali ċentru fil-Land fejn ikun iddetenut iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz]

    ĠU C 315, 15.9.2014, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.9.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 315/22


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof, Landgericht München I – il-Ġermanja) – Adala Bero vs Regierungspräsidium Kassel (C-473/13), Ettayebi Bouzalmate vs Kreisverwaltung Kleve (C-514/13)

    (Kawżi magħquda C-473/13 u C-514/13) (1)

    ([Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Direttiva 2008/115/KE - Standards u proċeduri komuni applikabbli fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu irregolarment - Artikolu 16(1) - Detenzjoni għall-finijiet ta’ tneħħija - Detenzjoni f’ħabs - Impossibbiltà li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jitqiegħdu f’faċilità speċjalizzata ta’ detenzjoni - Assenza ta’ tali ċentru fil-Land fejn ikun iddetenut iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz])

    2014/C 315/33

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesgerichtshof, Landgericht München I

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Adala Bero (C-473/13), Ettayebi Bouzalmate (C-514/13)

    Konvenuti: Regierungspräsidium Kassel (C-473/13), Kreisverwaltung Kleve (C-514/13)

    Dispożittiv

    L-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru huwa obbligat, bħala regola ġenerali, iqiegħed f’faċilità speċjalizzata ta’ detenzjoni ta’ dan l-Istat liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu irregolarment miżmuma taħt detenzjoni għall-finijiet tat-tneħħija tagħhom, u dan anki meta l-imsemmi Stat Membru jkollu struttura federali u l-parti mill-istruttura federali tal-Istat li tkun kompetenti sabiex tiddeċiedi u teżegwixxi tali tqegħid skont id-dritt nazzjonali ma jkollhiex tali faċilità ta’ detenzjoni.


    (1)  ĠU C 336, 16.11.2013

    ĠU C 367, 14.12.2013


    Top