Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0469

    Kawża C-469/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas- 17 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Verona – l-Italja) – Shamim Tahir vs Ministero dell’Interno, Questura di Verona (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Direttiva 2003/109/KE — Artikoli 2, 4(1), 7(1) u 13 — “Permess KE ta’ residenza għal residenti għat-tul”  — Kundizzjonijiet għall-għoti — Residenza legali u kontinwa fl-Istat Membru ospitanti matul il-ħames snin li jippreċedu l-introduzzjoni tal-applikazzjoni għal permess — Persuna marbuta mar-resident għat-tul permezz ta’ rabtiet familjari — Dispożizzjonijiet nazzjonali iktar favorevoli — Effetti)

    ĠU C 315, 15.9.2014, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.9.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 315/22


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Verona – l-Italja) – Shamim Tahir vs Ministero dell’Interno, Questura di Verona

    (Kawża C-469/13) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Direttiva 2003/109/KE - Artikoli 2, 4(1), 7(1) u 13 - “Permess KE ta’ residenza għal residenti għat-tul” - Kundizzjonijiet għall-għoti - Residenza legali u kontinwa fl-Istat Membru ospitanti matul il-ħames snin li jippreċedu l-introduzzjoni tal-applikazzjoni għal permess - Persuna marbuta mar-resident għat-tul permezz ta’ rabtiet familjari - Dispożizzjonijiet nazzjonali iktar favorevoli - Effetti))

    2014/C 315/32

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale di Verona

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Shamim Tahir

    Konvenuti: Ministero dell’Interno, Questura di Verona

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikoli 4(1) u 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE, tal-25 ta’ Novembru 2003, dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul, kif emendata bid-Direttiva 2011/51/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2011, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-membru tal-familja, kif iddefinit fl-Artikolu 2(e) tal-imsemmija direttiva, tal-persuna li tkun diġà kisber l-istatus ta’ residenti għat-tul ma jistax jiġi eżentat mill-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 4(1) tal-imsemmija direttiva, li tgħid li sabiex jinkiseb dan l-istatus, iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz għandu jkun ilu jirrisjedi b’mod legali u kontinwu fl-Istat Membru kkonċernat matul il-ħames snin li jippreċedu immedjatament t-tressiq tal-applikazzjoni inkwistjoni.

    2)

    L-Artikolu 13 tad-Direttiva 2003/109, kif emendata bid-Direttiva 2001/51, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix lil Stat Membru jagħti permess ta’ residenza KE għal residenza għat-tul, lil membru tal-familja fis-sens tal-Artikolu 2(e) ta’ din id-direttiva, taħt kundizzjonijiet iktar favorevoli minn dawk stabbiliti minn din id-direttiva.


    (1)  ĠU C 52, 22.02.2014.


    Top