EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0373

Kawża C-373/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg – il-Ġermanja) – H.T. vs Land Baden-Württemberg (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Fruntieri, ażil u immigrazzjoni — Direttiva 2004/83/KE — Artikolu 24(1) — Regoli minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja — Revoka tal-permess ta’ residenza — Kundizzjonijiet — Kunċett ta’ “raġunijiet obbligatorji ta’ sigurtà nazzjonali jew ordni pubblika” — Parteċipazzjoni ta’ persuna li għandha l-istatus ta’ refuġjat f’attivitajiet ta’ organizzazzjoni li tinsab fil-lista tal-organizzazzjonijiet terroristiċi stabbilita mill-Unjoni Ewropea)

ĠU C 279, 24.8.2015, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg – il-Ġermanja) – H.T. vs Land Baden-Württemberg

(Kawża C-373/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Fruntieri, ażil u immigrazzjoni - Direttiva 2004/83/KE - Artikolu 24(1) - Regoli minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja - Revoka tal-permess ta’ residenza - Kundizzjonijiet - Kunċett ta’ “raġunijiet obbligatorji ta’ sigurtà nazzjonali jew ordni pubblika” - Parteċipazzjoni ta’ persuna li għandha l-istatus ta’ refuġjat f’attivitajiet ta’ organizzazzjoni li tinsab fil-lista tal-organizzazzjonijiet terroristiċi stabbilita mill-Unjoni Ewropea))

(2015/C 279/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: H.T.

Konvenut: Land Baden-Württemberg

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, għandha tiġi interpretata fis-sens li permess ta’ residenza, ladarba mogħti lil refuġjat, jista’ jiġi rrevokat, jew skont l-Artikolu 24(1) ta’ din id-direttiva, meta jkunu jeżistu raġunijiet imperattivi marbuta mas-sigurtà nazzjonali jew mal-ordni pubbliku fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jew skont l-Artikolu 21(3) tal-imsemmija direttiva meta jkunu jeżistu raġunijiet sabiex tiġi applikata d-deroga għall-prinċipju ta’ non-refoulement prevista fl-Artikolu 21(2) ta’ din l-istess direttiva.

2)

Is-sostenn lil assoċjazzjoni terrorista inkluża fil-lista annessa mal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK, tas-27 ta’ Diċembru 2001, dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, fil-verżjoni tagħha fis-seħħ fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali, jista’ jikkostitwixxi waħda mir-“raġunijiet obbligatorji [imperattivi] ta’ sigurta nazzjonali jew ordni pubblika” fis-sens tal-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2004/83, anki jekk il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 21(2) tagħha ma jkunux issodisfatti. Sabiex permess ta’ residenza mogħti lil refuġjat ikun jista’ jiġi rrevokat abbażi tal-Artikolu 24(1) ta’ din id-direttiva, minħabba li dan ir-refuġjat isostni tali assoċjazzjoni terrorista, l-awtoritajiet kompetenti għandhom madankollu, taħt l-istħarriġ tal-qrati nazzjonali, jagħmlu evalwazzjoni individwali tal-elementi ta’ fatt speċifiċi relatati mal-azzjonijiet kemm tal-assoċjazzjoni kif ukoll tar-refuġjat ikkonċernati. Meta Stat Membru jiddeċiedi li jneħħi refuġjat li l-permess ta’ residenza tiegħu jkun ġie rrevokat, iżda jissospendi l-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni, huwa inkompatibbli mal-imsemmija direttiva li jiġi mċaħħad mill-aċċess għall-vantaġġi ggarantiti mill-Kapitolu VII tagħha, sakemm ma tkunx tapplika eċċezzjoni espressament prevista minn din l-istess direttiva.


(1)  ĠU C 325, 9.11.2013.


Top