Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0356

    Kawża C-356/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal- 20 ta’ Novembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 91/676/KEE — Protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli — Definizzjoni insuffiċjenti tal-ilma mniġġes jew li jista’ jitniġġes — Immarkar insuffiċjenti taż-żoni vulnerabbli — Programmi ta’ azzjoni — Miżuri lakunarji)

    ĠU C 26, 26.1.2015, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.1.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 26/5


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-20 ta’ Novembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

    (Kawża C-356/13) (1)

    ((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 91/676/KEE - Protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli - Definizzjoni insuffiċjenti tal-ilma mniġġes jew li jista’ jitniġġes - Immarkar insuffiċjenti taż-żoni vulnerabbli - Programmi ta’ azzjoni - Miżuri lakunarji))

    (2015/C 026/06)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Manhaeve u K. Herrmann, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)

    Dispożittiv

    1)

    Billi ddefinixxiet b’mod insuffiċjenti l-ilma li jista’ jitniġġeż min-nitrati li joriġinaw mill-agrikoltura, u billi mmarkat b’mod insuffiċjenti ż-żoni vulnerabbli u billi adottat programmi ta’ azzjoni, kif previsti mill-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE, tat-12 ta’ Diċembru 1991, dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli, li jinkludu miżuri inkompatibbli ma’ din id-direttiva, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli tosserva l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 3 tad-Direttiva 91/676/KEE, moqri flimkien mal-Anness I ta’ din, u l-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva, moqri flimkien mal-punt 2 tal-Anness II(A) kif ukoll mal-punt 1.1 tal-Anness III ta’ din l-aħħar direttiva.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 344, 23.11.2013.


    Top