Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0293

    Kawżi magħquda C-293/13 P u C-294/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-24 ta’ Ġunju 2015 – Fresh Del Monte Produce, Inc. vs Il-Kummissjoni Ewropea, Internationale Fruchtimport Gesellschaft Weichert GmbH & Co. KG (C-293/13 P), Il-Kummissjoni Ewropea vs Fresh Del Monte Produce, Inc., Internationale Fruchtimport Gesellschaft Weichert GmbH & Co. KG (C-294/13 P) (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-banana — Koordinazzjoni fl-iffissar tal-prezzijiet ta’ referenza — Kunċett ta’ “unità ekonomika” bejn żewġ kumpanniji — Kunċett ta’ “influwenza determinanti” — Imputabbiltà tal-aġir ta’ kumpannija lil kumpannija oħra — Żnaturament tal-provi — Oneru tal-prova — Prinċipju in dubio pro reo — Kunċett ta’ “ksur uniku u kontinwu” — Kunċett ta’ ‘prattika miftiehma’ — Kunċett ta’ “ksur bl-għan” — Impriżi membri ta’ akkordju — Komunikazzjoni ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni — Obbligu legali — Portata — Dritt għall-protezzjoni kontra l-awtoinkriminazzjoni — Intervenjent fl-ewwel istanza — Appell inċidentali — Ammissibbiltà)

    ĠU C 279, 24.8.2015, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.8.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 279/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-24 ta’ Ġunju 2015 – Fresh Del Monte Produce, Inc. vs Il-Kummissjoni Ewropea, Internationale Fruchtimport Gesellschaft Weichert GmbH & Co. KG (C-293/13 P), Il-Kummissjoni Ewropea vs Fresh Del Monte Produce, Inc., Internationale Fruchtimport Gesellschaft Weichert GmbH & Co. KG (C-294/13 P)

    (Kawżi magħquda C-293/13 P u C-294/13 P) (1)

    ((Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-banana - Koordinazzjoni fl-iffissar tal-prezzijiet ta’ referenza - Kunċett ta’ “unità ekonomika” bejn żewġ kumpanniji - Kunċett ta’ “influwenza determinanti” - Imputabbiltà tal-aġir ta’ kumpannija lil kumpannija oħra - Żnaturament tal-provi - Oneru tal-prova - Prinċipju in dubio pro reo - Kunċett ta’ “ksur uniku u kontinwu” - Kunċett ta’ ‘prattika miftiehma’ - Kunċett ta’ “ksur bl-għan” - Impriżi membri ta’ akkordju - Komunikazzjoni ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni - Obbligu legali - Portata - Dritt għall-protezzjoni kontra l-awtoinkriminazzjoni - Intervenjent fl-ewwel istanza - Appell inċidentali - Ammissibbiltà))

    (2015/C 279/04)

    Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

    Partijiet

    (Kawża C-293/13 P)

    Appellanti: Fresh Del Monte Produce, Inc. (rappreżentanti: B. Meyring u L. Suhr, avukati)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan, M. Kellerbauer u P. Van Nuffel, aġenti), Internationale Fruchtimport Gesellschaft Weichert GmbH & Co. KG (rappreżentanti: K. Smith, QC, C. Humpe u S. Kon, solicitors)

    (Kawża C-294/13 P)

    Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Biolan, M. Kellerbauer u P. Van Nuffel, aġenti)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Fresh Del Monte Produce, Inc. (rappreżentanti: B. Meyring u L. Suhr, avukati), Internationale Fruchtimport Gesellschaft Weichert GmbH & Co. KG (rappreżentanti: K. Smith, QC, C. Humpe u S. Kon, solicitors)

    Dispożittiv

    1)

    L-appell fil-Kawża C-293/13 P u l-appelli inċidentali fil-Kawżi C-293/13 P u C-294/13 P huma miċħuda.

    2)

    Il-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza Fresh Del Monte Produce vs Il-Kummissjoni (T-587/08, EU:T:2013:129) huwa annullat.

    3)

    L-ammont tal-multa imposta skont l-Artikolu 2(c) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 5955, tal-15 ta’ Ottubru 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/39188 – Banana), huwa stabbilit għal EUR 9 8 00  000.

    4)

    Fresh Del Monte Produce Inc., hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta, minn naħa, mal-appelli prinċipali fil-Kawżi C-293/13 P u C-294/13 P kif ukoll, min-naħa l-oħra, mal-appell inċidentali tagħha fil-Kawża C-294/13 P, bl-eċċezzjoni ta’ dawk sostnuti minn Internationale Fruchtimport Gesellschaft Weichert GmbH & Co. KG, li għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha marbuta mal-imsemmija proċeduri kollha.

    5)

    Internationale Fruchtimport Gesellschaft Weichert GmbH & Co. KG, hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-appelli inċidentali fil-Kawżi C-293/13 P u C-294/13 P.


    (1)  ĠU C 252, 31.08.2013.


    Top