EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0272

Kawża C-272/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas- 17 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Regionale per la Toscana – l-Italja) – Equoland Soc. coop. arl vs Agenzia delle Dogane – Ufficio delle Dogane di Livorno (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud — Sitt Direttiva 77/388/KEE — Direttiva 2006/112/KE — Eżenzjoni tal-importazzjonijiet ta’ oġġetti ddestinati li jitqiegħdu taħt arranġamenti ta’ ħażna differenti minn ħażna doganali — Obbligu li l-merkanzija titqiegħed fiżikament fil-maħżen — Nuqqas ta’ konformità — Obbligu li titħallas il-VAT minkejja l-fatt li din tkun tħallset diġà permezz tal-mekkaniżmu ta’ reverse charge)

ĠU C 315, 15.9.2014, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 315/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-17 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Regionale per la Toscana – l-Italja) – Equoland Soc. coop. arl vs Agenzia delle Dogane – Ufficio delle Dogane di Livorno

(Kawża C-272/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud - Sitt Direttiva 77/388/KEE - Direttiva 2006/112/KE - Eżenzjoni tal-importazzjonijiet ta’ oġġetti ddestinati li jitqiegħdu taħt arranġamenti ta’ ħażna differenti minn ħażna doganali - Obbligu li l-merkanzija titqiegħed fiżikament fil-maħżen - Nuqqas ta’ konformità - Obbligu li titħallas il-VAT minkejja l-fatt li din tkun tħallset diġà permezz tal-mekkaniżmu ta’ reverse charge))

2014/C 315/23

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Regionale per la Toscana

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Equoland Soc. coop. arl

Konvenuta: Agenzia delle Dogane – Ufficio delle Dogane di Livorno

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 16(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/18/KE, tal-14 ta’ Frar 2006, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mill-Artikolu 28ċ tas-Sitt Direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-għoti ta’ eżenzjoni mill-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni prevista minn din il-leġiżlazzjoni għall-kundizzjoni li l-merkanzija importata u li hija ddestinata għal maħżen tat-taxxa għall-finijiet ta’ din it-taxxa, tkun tqiegħdet fiżikament fih.

2)

Is-Sitt Direttiva 77/388, kif emendata bid-Direttiva 2006/18, għandha tiġi interpretata fis-sens li, skont il-prinċipju ta’ newtralità tat-taxxa fuq il-valur miżjud, hija tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li taħtha l-Istat Membru jeżiġi l-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni minkejja li din tkun diġà tħallset fil-kuntest tal-mekkaniżmu ta’ reverse charge, permezz ta’ awtofatturazzjoni u ta’ reġistrazzjoni fir-reġistru tal-bejgħ u tax-xiri tal-persuna taxxabbli.


(1)  ĠU C 207, 20.07.2013


Top