EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0198

Kawża C-198/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal- 10 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social n ° 1 de Benidorm – Spanja) – Víctor Manuel Julián Hernández et vs Puntal Arquitectura SL et (Protezzjoni tal-ħaddiema impjegati fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega — Direttiva 2008/94/KE — Kamp ta’ applikazzjoni — Dritt għal kumpens ta’ persuna li timpjega fir-rigward ta’ Stat Membru għas-salarji mħallsa lil impjegat matul il-proċedura ta’ kontestazzjoni tat-tkeċċija ta’ dan tal-aħħar wara li jkunu ddekorrew 60 ġurnata xogħol wara l-preżentata ta’ rikors għal kontestazzjoni — Assenza ta’ dritt għal kumpens fil-każ ta’ tkeċċijiet nulli — Surroga tal-ħaddiem fid-dritt għal kumpens tal-persuna li timpjegah fil-każ ta’ insolvenza provviżorja ta’ din tal-aħħar — Diskriminazzjoni tal-ħaddiema li kienu suġġetti għal tkeċċija nulla — Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Kamp ta’ applikazzjoni — Artikolu 20)

ĠU C 315, 15.9.2014, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 315/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no 1 de Benidorm – Spanja) – Víctor Manuel Julián Hernández et vs Puntal Arquitectura SL et

(Kawża C-198/13) (1)

((Protezzjoni tal-ħaddiema impjegati fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega - Direttiva 2008/94/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Dritt għal kumpens ta’ persuna li timpjega fir-rigward ta’ Stat Membru għas-salarji mħallsa lil impjegat matul il-proċedura ta’ kontestazzjoni tat-tkeċċija ta’ dan tal-aħħar wara li jkunu ddekorrew 60 ġurnata xogħol wara l-preżentata ta’ rikors għal kontestazzjoni - Assenza ta’ dritt għal kumpens fil-każ ta’ tkeċċijiet nulli - Surroga tal-ħaddiem fid-dritt għal kumpens tal-persuna li timpjegah fil-każ ta’ insolvenza provviżorja ta’ din tal-aħħar - Diskriminazzjoni tal-ħaddiema li kienu suġġetti għal tkeċċija nulla - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 20))

2014/C 315/19

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social no 1 de Benidorm

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Víctor Manuel Julián Hernández, Chems Eddine Adel, Jaime Morales Ciudad, Bartolomé Madrid Madrid, Martín Sellé Orozco, Alberto Martí Juan, Said Debbaj

Konvenuti: Puntal Arquitectura SL, Obras Alteramar SL, Altea Diseño y Proyectos SL, Ángel Muñoz Sánchez, Vicente Orozco Miro, Subdelegación del Gobierno de España en Alicante

Dispożittiv

Leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, skont liema l-persuna li timpjega tista’ titlob lill-Istat Membru kkonċernat il-ħlas tas-salarji dovuti matul il-proċedura ta’ kontestazzjoni ta’ tkeċċija wara s-60 ġurnata ta’ xogħol li segwiet il-preżentata tar-rikors u skont liema, meta l-persuna li timpjega ma tkunx ħallset dawn is-salarji u ssib ruħha fi stat ta’ insolvenza provviżorja, l-impjegat ikkonċernat jista’, permezz ta’ surroga legali, jitlob direttament minn dan l-Istat il-ħlas tal-imsemmija salarji ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom, u ma tistax, għalhekk, tiġi eżaminata fir-rigward tad-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Karta u, b’mod partikolari, mill-Artikolu 20 tagħha.


(1)  ĠU C 189, 29.06.2013


Top