Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0048

    Kawża C-48/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas- 17 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret – id-Danimarka) – Nordea Bank Danmark A/S vs Skatteministeriet (Leġiżlazzjoni fiskali — Libertà ta’ stabbiliment — Taxxa nazzjonali fuq il-profitti — Tassazzjoni ta’ gruppi — Tassazzjoni tal-attività ta’ stabbilimenti permanenti barranin ta’ kumpanniji residenti — Prevenzjoni ta’ taxxa doppja permezz tal-imputazzjoni tat-taxxa (metodu ta’ imputazzjoni) — Integrazzjoni mill-ġdid ta’ telf imnaqqas preċedentement fil-każ ta’ trasferiment tal-istabbiliment permanenti lil kumpannija tal-istess grupp li fir-rigward tagħha l-Istat Membru inkwistjoni ma jeżerċitax il-poter ta’ tassazzjoni tiegħu)

    ĠU C 315, 15.9.2014, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.9.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 315/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret – id-Danimarka) – Nordea Bank Danmark A/S vs Skatteministeriet

    (Kawża C-48/13) (1)

    ((Leġiżlazzjoni fiskali - Libertà ta’ stabbiliment - Taxxa nazzjonali fuq il-profitti - Tassazzjoni ta’ gruppi - Tassazzjoni tal-attività ta’ stabbilimenti permanenti barranin ta’ kumpanniji residenti - Prevenzjoni ta’ taxxa doppja permezz tal-imputazzjoni tat-taxxa (metodu ta’ imputazzjoni) - Integrazzjoni mill-ġdid ta’ telf imnaqqas preċedentement fil-każ ta’ trasferiment tal-istabbiliment permanenti lil kumpannija tal-istess grupp li fir-rigward tagħha l-Istat Membru inkwistjoni ma jeżerċitax il-poter ta’ tassazzjoni tiegħu))

    2014/C 315/11

    Lingwa tal-kawża: id-Daniż

    Qorti tar-rinviju

    Østre Landsret

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Nordea Bank Danmark A/S

    Konvenuta: Skatteministeriet

    Dispożittiv

    L-Artikoli 49 TFUE u 54 TFUE kif ukoll l-Artikoli 31 u 34 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992, jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li, fil-każ ta’ trasferiment minn kumpannija residenti ta’ stabbiliment permanenti li jinsab fi Stat Membru ieħor jew fi Stat ieħor kontraenti tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, lil kumpannija mhux residenti tal-istess grupp, it-telf li jkun tnaqqas preċedentement fir-rigward tal-istabbiliment ittrasferit jiġi integrat mill-ġdid fil-profitt taxxabbli tal-kumpannija ċedenti, sa fejn l-ewwel Stat Membru jintaxxa kemm il-profitt li jirriżulta mill-imsemmi stabbiliment qabel it-trasferiment tiegħu kif ukoll il-profitt li jirriżulta mill-qligħ tal-imsemmi trasferiment.


    (1)  ĠU C 101, 06.04.2013.


    Top