Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0403

Kawża T-403/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ottubru 2015 – Intrasoft International vs Il-Kummissjoni (“Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Assistenza teknika għall-amministrazzjoni tad-dwana Serba fil-kuntest tal-modernizzazzjoni tas-sistema doganali — Kunflitt ta’ interessi — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent mid-Delegazzjoni tal-Unjoni għar-Repubblika tas-Serbja — Ċaħda impliċita tal-ilment imressaq kontra ċ-ċaħda tal-offerta”)

ĠU C 398, 30.11.2015, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ottubru 2015 – Intrasoft International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-403/12) (1)

((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Assistenza teknika għall-amministrazzjoni tad-dwana Serba fil-kuntest tal-modernizzazzjoni tas-sistema doganali - Kunflitt ta’ interessi - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent mid-Delegazzjoni tal-Unjoni għar-Repubblika tas-Serbja - Ċaħda impliċita tal-ilment imressaq kontra ċ-ċaħda tal-offerta”))

(2015/C 398/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Intrasoft International SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u E. Georgieva, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tal-ittra tal-10 ta’ Awwissu 2012 tal-Kummissjoni, li taġixxi permezz tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għar-Repubblika tas-Serbja, li tgħid li l-kuntratt għal servizzi għas-sejħa għall-offerti EuropeAid/131367/C/SER/RS, intitolat “Assistenza teknika għall-amministrazzjoni tad-dwana Serba fil-kuntest tal-immordenizzar tas-sistema doganali” (ĠU 2011/S 160-262712), ma setax jiġi attribwit lill-konsorzju li kienet tagħmel parti minnu Intrasoft International SA, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament ta’ allegata deċiżjoni impliċita li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti kontra l-ittra tal-10 ta’ Awwissu 2012

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni li tiċħad l-offerta tal-konsorzju li kienet tagħmel parti minnu Intrasoft International SA, li tinsab fl-ittra tal-10 ta’ Awwissu 2012 redatta mid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għar-Repubblika tas-Serbja bħala awtorità kontraenti subdelegata tal-Kummissjoni Ewropea u dwar il-proċedura ta’ sejħa għal offerti EuropeAid/131367/C/SER/RS, intitolata “Assistenza teknika lill-amministrazzjoni tad-dwana Serba bħala parti mill-modernizzazzjoni tas-sistema doganali”, qed tiġi annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 343, 10.11.2012.


Top