Valige katsefunktsioonid, mida soovite proovida

See dokument on väljavõte EUR-Lexi veebisaidilt.

Dokument 62012TA0386

    Kawża T-386/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 9 ta’ April 2014 – Elite Licensing vs UASI – Aguas De Mondariz Fuente del Val (elite BY MONDARIZ) [ “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva elite BY MONDARIZ — Trade marks Komunitarji u internazzjonali figurattivi preċedenti ELITE — Lingwa tal-proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Terminu — Ammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell — Regola 48(2), regola 49(1) u regola 96(1) tar-Regolament (KE) Nru °2868/95 — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Assenza ta’ xebh bejn is-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Dannu għar-reputazzjoni — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009” ]

    ĠU C 175, 10.6.2014, lk 38—38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.6.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 175/38


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2014 – Elite Licensing vs UASI – Aguas De Mondariz Fuente del Val (elite BY MONDARIZ)

    (Kawża T-386/12) (1)

    ([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva elite BY MONDARIZ - Trade marks Komunitarji u internazzjonali figurattivi preċedenti ELITE - Lingwa tal-proċedura għat-tressiq ta’ kawża - Terminu - Ammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell - Regola 48(2), regola 49(1) u regola 96(1) tar-Regolament (KE) Nruo2868/95 - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Assenza ta’ xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Dannu għar-reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”])

    2014/C 175/50

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Elite Licensing Company SA (Fribourg, l-Isvizzera) (rappreżentant: J. Albrecht, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Aguas De Mondariz Fuente del Val, SL (Mondariz, Spanja) (rappreżentant: T. Andrade Boué, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 9/2011-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Elite Licensing Company SA u Aguas de Mondariz Fuente del Val, SL.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-6 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 9/2011-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Elite Licensing Company SA u Aguas de Mondariz Fuente del Val, SL hija annullata.

    2)

    L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk tal-Elite Licensing Company.

    3)

    Aguas de Mondariz Fuente del Val għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 355, 17.11.2012.


    Üles