Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FA0023

    Kawżi magħquda F-23/12 u F-30/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas- 16 ta’ Settembru 2013 — Glantenay et vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Kompetizzjoni ġenerali — Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/204/10 — Għażla abbażi ta’ kwalifiki — Eliminazzjoni ta’ kandidati mingħajr eżami konkret tal-lawrji tagħhom u tal-esperjenza professjonali tagħhom)

    ĠU C 71, 8.3.2014, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 71/31


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Settembru 2013 — Glantenay et vs Il-Kummissjoni

    (Kawżi magħquda F-23/12 u F-30/12) (1)

    (Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/204/10 - Għażla abbażi ta’ kwalifiki - Eliminazzjoni ta’ kandidati mingħajr eżami konkret tal-lawrji tagħhom u tal-esperjenza professjonali tagħhom)

    (2014/C 71/59)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Jérôme Glantenay et (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

    Rikorrent: Marco Cecchetto (Rovigo, l-Italja) (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)

    Suġġett

    Talna għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/204/10 li r-rikorrenti ma jiġux ammessi għall-istadju segwenti tal-kompetizzjoni.

    Dispożittiv

    (1)

    Id-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Ġħażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/204/10 li jiġu esklużi l-kandidaturi ta’ Bonagurio, Cecchetto, Gecse, Glantenay, Gorgol, Kalamees u Skrobich kif ukoll ta’ Venckunaite u Zaleska mill-proċedura ta’ kompetizzjoni, mingħajr ma dawn ikunu eżaminati fil-kuntest tat-tieni fażi tal-għażla abbażi tal-kwalifiki stipulati fl-avviż ta’ kompetizzjoni, huma annullati.

    (2)

    Il-kumplament tar-rikorsi fil-Kawżi F-23/12 u F-30/12 huwa miċħud.

    (3)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati disa’ minn għaxra tal-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn Bonagurio, Cecchetto, Gecse, Glantenay, Gorgol, Kalamees u Skrobich kif ukoll minn Venckunaite u Zaleska.

    (4)

    Cruceru għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati wieħed min għaxra tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 138, 12.5.2012, p. 35, ĠU C 138, 12.5.2012, p. 36.


    Top