EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0481

Kawża C-481/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas- 16 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas — il-Litwanja) — UAB “Juvelta” vs VĮ “Lietuvos prabavimo rūmai” (Moviment liberu tal-merkanzija — Artikolu 34 TFUE — Restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni — Miżuri li għandhom effett ekwivalenti — Kummerċjalizzazzjoni ta’ xogħlijiet magħmula minn metalli prezzjużi — Boll — Rekwiżiti imposti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ importazzjoni)

ĠU C 85, 22.3.2014, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas — il-Litwanja) — UAB “Juvelta” vs VĮ “Lietuvos prabavimo rūmai”

(Kawża C-481/12) (1)

(Moviment liberu tal-merkanzija - Artikolu 34 TFUE - Restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni - Miżuri li għandhom effett ekwivalenti - Kummerċjalizzazzjoni ta’ xogħlijiet magħmula minn metalli prezzjużi - Boll - Rekwiżiti imposti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ importazzjoni)

2014/C 85/14

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UAB “Juvelta”

Konvenuta: VĮ “Lietuvos prabavimo rūmai”

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas — Interpretazzjoni tal-Artikoli 34 u 36 TFUE — Miżuri li għandhom effett ekwivalenti — Boll imqiegħed fuq xogħlijiet magħmula minn metalli prezzjuż — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrikjedi li x-xogħlijiet ikollhom boll partikolari tal-organu indipendenti awtorizzat — Protezzjoni tal-konsumaturi — Projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ xogħlijiet li jkollhom il-boll tal-pajjiż ta’ oriġini li ma jkunx konformi mar-rekwiżiti nazzjonali — Preżenza ta’ boll supplimentari li jipprovdi l-informazzjoni neċessarja iżda li ma tqiegħedx mill-organu indipendenti awtorizzat

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 34 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li abbażi tagħha, sabiex jiġu kkummerċjalizzati fis-suq ta’ Stat Membru, xogħlijiet magħmula minn metalli prezzjużi importati minn Stat Membru ieħor, li fih il-kummerċjalizzazzjoni tagħhom hija awtorizzata u li ġew immarkati b’boll skont il-leġiżlazzjoni ta’ dan it-tieni Stat Membru, għandhom, meta l-indikazzjonijiet dwar il-finezza ta’ dawn ix-xogħlijiet li jinsabu fuq dan il-boll ma jkunux skont ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru, jiġu mmarkati mill-ġdid, minn organu ta’ kontroll indipendenti awtorizzat minn dan l-aħħar Stat Membru, permezz ta’ boll li jikkonferma li l-imsemmija xogħlijiet ġew ikkontrollati u li jindika l-finezza tagħhom skont l-imsemmija stipulazzjonijiet.

(2)

Il-fatt li mmarkar addizzjonali ta’ xogħlijiet magħmula minn metalli prezzjużi importati, intiż li jipprovdi indikazzjonijiet dwar il-finezza ta’ dawn ix-xogħlijiet f’forma li tinftiehem għall-konsumaturi tal-Istat Membru ta’ importazzjoni, ma sarx minn organu ta’ kontroll indipendenti awtorizzat minn Stat Membru huwa irrilevanti għar-risposta mogħtija lill-ewwel domanda, peress illi boll ta’ finezza kien tqiegħed qabel fuq l-imsemmija xogħlijiet minn uffiċċju ta’ kontroll indipendenti awtorizzat mill-Istat Membru ta’ esportazzjoni u li l-indikazzjonijiet ipprovduti minn dan l-immarkar jikkorrispondu ma’ dawk li jinsabu fuq dan il-boll.


(1)  ĠU C 9, 12.01.2013


Top