EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0226

Kawża C-226/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas- 16 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Oviedo — Spanja) — Constructora Principado S.A. vs José Ignacio Menéndez Álvarez (Direttiva 93/13/KEE — Kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Kuntratt ta’ bejgħ ta’ immobbli — Klawżoli inġusti — Kriterji ta’ evalwazzjoni)

ĠU C 85, 22.3.2014, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Oviedo — Spanja) — Constructora Principado S.A. vs José Ignacio Menéndez Álvarez

(Kawża C-226/12) (1)

(Direttiva 93/13/KEE - Kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Kuntratt ta’ bejgħ ta’ immobbli - Klawżoli inġusti - Kriterji ta’ evalwazzjoni)

2014/C 85/05

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Oviedo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Constructora Principado S.A.

Konvenuta: José Ignacio Menéndez Álvarez

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Audiencia Provincial de Oviedo — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288) — Kunċett ta’ żbilanċ sinjifikattiv — Kriterji li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li:

l-eżistenza ta’ “żbilanċ sinifikanti” ma teħtieġx neċessarjament li l-ispejjeż imposti fuq il-konsumatur bi klawżola kuntrattwali jkollhom fil-konfront tiegħu effett ekonomiku sinjifikattiv fid-dawl tal-ammont tal-operazzjoni inkwistjoni, iżda tista’ tirriżulta mis-sempliċi fatt ta’ preġudizzju suffiċjentement serju għas-sitwazzjoni legali li fiha dan il-konsumatur, bħala parti għall-kuntratt, jinsab skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli, kemm jekk fil-forma ta’ restrizzjoni għall-kontenut tad-drittijiet li, skont dawn id-dispożizzjonijiet, huwa għandu skont dan il-kuntratt kif ukoll jekk fil-forma ta’ ostakolu għall-eżerċizzju tagħhom jew ukoll tal-impożizzjoni fuqu ta’ obbligu supplimentari, li ma huwiex previst mir-regoli nazzjonali;

huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li, għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-possibbiltà tal-eżistenza ta’ żbilanċ sinjifikattiv, tieħu inkunsiderazzjoni n-natura tal-beni jew tas-servizz li jkun is-suġġett tal-kuntratt, b’riferiment għaċ-ċirkustanzi kollha preżenti waqt il-konklużjoni tal-kuntratt, kif ukoll għall-klawżoli l-oħra kollha tiegħu.


(1)  ĠU C 227, 28.07.2012.


Top