EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0141

Kawżi Magħquda C-141/12 u C-372/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas- 17 ta’ Lulju 2014 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Middelburg, Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi – Y.S. (C-141/12), Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel (C-372/12) vs Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel (C-141/12), M S (C-372/12) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali — Direttiva 95/46/KE — Artikoli 2, 12 u 13 — Kunċett ta’ “data personali”  — Portata tad-dritt ta’ aċċess tal-persuna kkonċernata — Data dwar l-applikant ta’ permess ta’ residenza u analiżi legali inklużi f’dokument amministrattiv preparatorju tad-deċiżjoni — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikoli 8 u 41)

ĠU C 315, 15.9.2014, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 315/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Lulju 2014 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Middelburg, Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi – Y.S. (C-141/12), Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel (C-372/12) vs Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel (C-141/12), M S (C-372/12)

(Kawżi Magħquda C-141/12 u C-372/12) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali - Direttiva 95/46/KE - Artikoli 2, 12 u 13 - Kunċett ta’ “data personali” - Portata tad-dritt ta’ aċċess tal-persuna kkonċernata - Data dwar l-applikant ta’ permess ta’ residenza u analiżi legali inklużi f’dokument amministrattiv preparatorju tad-deċiżjoni - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 8 u 41))

2014/C 315/02

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Middelburg, Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Y.S. (C-141/12), Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel (C-372/12)

Konvenuti: Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel (C-141/12), M S (C-372/12)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi [persuni fiżiċi] fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-data dwar applikant ta’ permess ta’ residenza li tinsab f’dokument amministrattiv, bħan-“nota interna” inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tesponi r-raġunijiet li l-uffiċjali jippreżenta insostenn tal-abbozz ta’ deċiżjoni li huwa inkarigat ifassal il-kuntest ta’ proċedura preliminari għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar l-applikazzjoni ta’ tali permess u, jekk ikun il-każ, dik li tinsab fl-analiżi legali inkluża f’dan id-dokument, jikkostitwixxu “data personali”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, filwaqt li l-imsemmija analiżi, min-naħa l-oħra, ma tistax, fiha nnifisha, titqies li hija “data personali”.

2)

L-Artikolu 12(a) tad-Direttiva 95/46 u l-Artikolu 8(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-applikant ta’ permess ta’ residenza għandu dritt ta’ aċċess għad-data personali kollha li tikkonċernah li tkun qiegħda tiġi pproċessata mill-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali fis-sens tal-Artikolu 2(b) ta’ din id-direttiva. Sabiex dan id-dritt ikun sodisfatt, huwa suffiċjenti li l-applikant ikun fil-pussess ta’ deskrizzjoni sħiħa ta’ din id-data f’forma li tkun tinftiehem, jiġifieri f’forma li tippermetti lil dan l-applikant li jsir jaf bl-imsemmija data u li jivverifika li din hija eżatta u pproċessata b’mod konformi ma’ din id-direttiva, sabiex l-imsemmi applikant ikun jista’, jekk ikun il-każ, jeżerċita d-drittijiet mogħtija lilu mill-imsemmija direttiva.

3)

L-Artikolu 41(2)(b) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li l-applikant ta’ permess ta’ residenza ma jistax jinvoka din id-dispożizzjoni kontra l-awtoritajiet nazzjonali.


(1)  ĠU C 157, 02.06.2012.

ĠU C 303, 06.10.2012.


Top