EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TB0142

Kawża T-142/11 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat- 13 ta’ Lulju 2011 — SIR vs Il-Kunsill ( “Miżuri provviżorji — Politika barranija u tas-sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire — Iffriżar ta’ fondi — Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fil-kawża prinċipali — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni” )

ĠU C 269, 10.9.2011, p. 49–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/49


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2011 — SIR vs Il-Kunsill

(Kawża T-142/11 R)

(Miżuri provviżorji - Politika barranija u tas-sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire - Iffriżar ta’ fondi - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fil-kawża prinċipali - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2011/C 269/109

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Société ivoirienne de raffinage (SIR) (Abidjan, Côte d’Ivoire) (rappreżentant: M. Ceccaldi, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u A. Vitro, aġenti)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji intiża sabiex, b’mod konformi mal-Artikolu 278 TFUE, tinkiseb is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal Kunsill 2011/18/PESK, tal-14 ta’ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni tal Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (ĠU L 11, p. 36), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 ta’ Jannar 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (ĠU L 11, p. 1).

Dispożittiv

(1)

Ma fadalx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal miżuri provviżorji.

(2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.


Top