EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0492

Kawża T-492/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta’ Settembru 2013 — “Rauscher” Consumer Products vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ tampun) ( “Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrapreżenta tampun sanitarju — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7 (1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” )

ĠU C 313, 26.10.2013, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2013 — “Rauscher” Consumer Products vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ tampun)

(Kawża T-492/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrapreżenta tampun sanitarju - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7 (1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2013/C 313/47

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti:“Rauscher” Consumer Products GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Stütz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-20 ta’ Lulju 2011 (Każ R 2168/2010-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv li jirrappreżenta tampun sanitarju bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

“Rausche” Consumer Products GmbH għandha tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 355, 03.12.2011.


Top