Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0299

    Kawża T-299/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2015 – European Dynamics Luxembourg et vs UASI “Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi esterni marbuta mal-amministrazzjoni ta’ programmi u ta’ proġetti u ta’ pariri tekniċi fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informatika — Klassifikazzjoni ta’ offerenti fi proċedura ta’ kaskata — Kriterji ta’ għoti — Ugwaljanza fl-opportunitajiet — Trasparenza — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Telf ta’ opportunità”

    ĠU C 398, 30.11.2015, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 398/26


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2015 – European Dynamics Luxembourg et vs UASI

    (Kawża T-299/11) (1)

    (“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi esterni marbuta mal-amministrazzjoni ta’ programmi u ta’ proġetti u ta’ pariri tekniċi fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informatika - Klassifikazzjoni ta’ offerenti fi proċedura ta’ kaskata - Kriterji ta’ għoti - Ugwaljanza fl-opportunitajiet - Trasparenza - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Telf ta’ opportunità”)

    (2015/C 398/36)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Ettelbrück, il-Lussemburgu); Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) u European Dynamics Belgium SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, sussegwentement minn I. Ampazis, avukati)

    Konvenut: L Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: N. Bambara u M. Paolacci, aġenti, assistiti minn P. Wytinck u B. Hoorelbeke, avukati)

    Suġġett

    Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-UASI, adottata fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti miftuħa AO/021/10, intitolata “Servizzi esterni marbuta mal-amminstrazzjoni ta’ programmi u ta’ proġetti u ta’ pariri tekniċi fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informatika”, u kkomunikata lir-rikorrenti permezz ta’ ittra tat-28 ta’ Marzu 2011, li tikklassifika l-offerta tal-ewwel rikorrent fit-tielet post skont il-mekkaniżmu ta’ kaskata għall-finijiet tal-għoti ta’ kuntratt kwadru u, min-naħa l-oħra, talbiet għad-danni.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-UASI, adottata fil-kuntest tal-proċedura miftuħa ta’ sejħa għal offerti AO/021/10, intitolata “Servizzi esterni marbuta mal-amminstrazzjoni ta’ programmi u ta’ proġetti u ta’ pariri tekniċi fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informatika”, u kkomunikata lil European Dynamics Luxembourg SA permezz tal-ittra tat-28 ta’ Marzu 2011, li tikklassifika l-offerta tagħha fit-tielet post skont il-mekkaniżmu ta’ kaskata għall-finijiet tal-għoti ta’ kuntratt-kwadru, kif ukoll li tikklassifika l-offerta tal-consortium Unisys SLU u Charles Oakes & Co Sàrl, minn naħa, u ta’ ETIQ Consortium (by everis u Trasys), min-naħa l-oħra, fl-ewwel u t-tieni post rispettivament hija annullata.

    2)

    L-Unjoni Ewropea hija obbligata li tirrimedja d-danni subiti minn European Dynamics Luxembourg abbażi tat-telf ta’ opportunità li tingħata il-kuntratt-kwadru bħala l-ewwel kontraenti f’kaskata.

    3)

    Il-kumplament tat-talba għad-danni huwa miċħud.

    4)

    Il-partijiet għandhom jittrażmettu lill-Qorti Ġenerali, f’terminu ta’ tliet xhur dekorribbli mid-data tal-għoti tas-sentenza, l-ammont pagabbli tal-kumpens, stabbilit bi ftehim komuni.

    5)

    Fin-nuqqas ta’ ftehim, il-partijiet għandhom iwasslu lill-Qorti Ġenerali, fl-istess terminu, il-kwantifikazzjoni tad-dannu tagħhom.

    6)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    (1)  ĠU C 232, 6.8.2011.


    Top