EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0343

Kawża C-343/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Montreuil (Franza) fl- 4 ta’ Lulju 2011 — SGSS Deutschland Kapitalanlagegesellschaft mbH vs Ministre du budget, des comptes publics, de la fonction publique et de la réforme de l’État

ĠU C 269, 10.9.2011, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/34


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Montreuil (Franza) fl-4 ta’ Lulju 2011 — SGSS Deutschland Kapitalanlagegesellschaft mbH vs Ministre du budget, des comptes publics, de la fonction publique et de la réforme de l’État

(Kawża C-343/11)

2011/C 269/69

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif de Montreuil

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SGSS Deutschland Kapitalanlagegesellschaft mbH

Konvenut: Ministre du budget, des comptes publics, de la fonction publique et de la réforme de l’État

Domandi preliminari

(1)

Is-sitwazzjoni tad-detenturi tal-azzjonjiet għandha tittieħed inkunsiderazzjoni flimkien ma’ dik tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS)?

(2)

F’tali każ, liema huma l-kundizzjonijiet li fihom it-taxxa mnaqqsa f’ras il-għajn ikkontestata tista’ titqies bħala konformi mal-prinċipju tal-moviment liberu tal-kapital?


Top