Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0318

    Kawża C-318/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill- Förvaltningsrätten i Falun (l-Isvezja) fis- 27 ta’ Ġunju 2011 — Daimler AG vs Skatteverket

    ĠU C 269, 10.9.2011, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 269/29


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill- Förvaltningsrätten i Falun (l-Isvezja) fis-27 ta’ Ġunju 2011 — Daimler AG vs Skatteverket

    (Kawża C-318/11)

    2011/C 269/54

    Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

    Qorti tar-rinviju

    Förvaltningsrätten i Falun

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Daimler AG

    Konvenuta: Skatteverket

    Domandi preliminari

    (1)

    Kif għandu jiġi interpretat il-kunċett ta’ “stabbiliment fiss li minnu jitwettqu tranżazzjonijiet” fil-kuntest ta’ evalwazzjoni fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt Ewropew (1)?

    (2)

    Persuna taxxabbli li jkollha l-uffiċċju rreġistrat tal-attività ekonomika tagħha fi Stat Membru ieħor u li hija primarjament involuta fil-manifattura u l-bejgħ ta’ karozzi u li għamlet testijiet fuq il-mudelli fil-kundizzjonijiet tax-xitwa f’faċilitajiet fl-Isvezja, għandha tiġi kkunsidrata bħala li kellha f’dan il-pajjiż stabbiliment fiss li minnu saru transazzjonijiet ta’ negozju meta hija akkwistat oġġetti u servizzi li ġew riċevuti u użati fil-faċilitajiet ta’ ttestjar fl-Isvezja mingħajr ma kellha l-persunal tagħha stazzjonat b’mod permanenti f’dan il-pajjiż, u meta t-testijiet huma meħtieġa għall-eżerċizzju tal-attività ekonomika ta’ dik il-persuna fi Stat Membru ieħor?

    (3)

    Il-fatt li l-persuna taxxabbli għandha sussidjarja fl-Isvezja li hija kompletament Svediża li hija kważi esklussivament maħsuba biex tipprovdi servizzi varji relatati mat-testijiet inkwistjoni, jeffetwa r-risposta għat-tieni domanda?


    (1)  Artikoli 170 u 171 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1), Artikoli 1 u 2 tat- It-Tmien Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta' Diċembru 1979 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ2- Arranġamenti għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud lill-persuni taxxabbli li m'humiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 9 Vol. 1 p. 79), u Artikoli 2, 3 u 5 tad Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat- 12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/KE, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor (ĠU L 44, 20.2.2008, p. 23).


    Top