EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0307

Kawża C-307/11 P: Appell ippreżentat fl- 20 ta’ Ġunju 2011 minn Deichmann SE kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) mogħtija fit- 13 ta’ April 2011 fil-Kawża T-202/09, Deichmann SE vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

ĠU C 269, 10.9.2011, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/26


Appell ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2011 minn Deichmann SE kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) mogħtija fit-13 ta’ April 2011 fil-Kawża T-202/09, Deichmann SE vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

(Kawża C-307/11 P)

2011/C 269/49

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Deichmann SE (rappreżentant: O. Rauscher, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2011, fil-Kawża T-202/09;

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-3 ta’ April 2009, fil-Każ R 224/2007-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell preżenti huwa intiż kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali li permezz tagħha din tal-aħħar ċaħdet ir-rikors għall-annullament, ippreżentat mir-rikorrenti, tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tat-3 ta’ April 2009, dwar iċ-ċaħda tal-applikazzjoni tal-appellanti għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv ta’ angolu b’bordura bit-tikek. Il-protezzjoni tat-trade mark intalbet għall-klassi 10 (“żraben ortopediċi”) tal-Ftehim ta’ Nice.

Is-sentenza appellata tikser l-Artikolu 7(1)(b) u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 74(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja (iktar ’il quddiem ir-“Regolament dwar it-trade mark”).

Din hija bbażata fuq l-ipoteżi żbaljata li s-sempliċi possibbiltà, jew inkella probabbiltà, ta’ użu mingħajr karattru distintiv tas-sinjal inkwistjoni hija suffiċjenti sabiex iċaħħad it-trade mark minn karattru distintiv b’mod ġenerali. Fil-verità, il-possibbiltà mhux remota ta’ użu li għandu karattru distintiv hija madankollu suffiċjenti sabiex tissupera l-impediment irrappreżentat min-nuqqas ta’ karattru distintiv. Dan jirriżulta minn paragun bejn l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja u l-kliem tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja u jirrappreżenta prinċipju li fil-frattemp ġie stabbilit mill-ġurisprudenza tal-Bundesgerichtshof Ġermaniża u tal-Bundespatentgericht Ġermaniża.

Fil-każ ta’ żraben (ortopediċi), sinjal jitqies bħala indikazzjoni tal-oriġini meta — bħal ma huwa l-każ ta’ indikazzjoni ta’ żraben — ikun jinsab f’nofs il-parti ta’ wara tas-suletta, fuq tikketta jew fuq il-kaxxa taż-żraben. Abbażi ta’ dawn il-possibbiltajiet veri ta’ użi, l-argument tal-Qorti tal-Ġenerali li t-trade mark li għalih tintalab il-protezzjoni tikkonsisti fir-rappreżentazzjoni ta’ parti integrali mill-prodott stess ma jistax jintlaqa’.

Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ma eżaminatx il-mertu tan-nota dwar il-prassi, ippreżentata mir-rikorrenti, relatata mas-sinjali fis-settur taż-żraben sportivi u intiżi għall-ħin liberu, u kienet marbuta bil-prinċipju ta’ eżami ex officio kif stabbilit fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament dwar it-trade mark.

Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali ma tistax tiċħad il-karattru distintiv tat-trade mark inkwistjoni abbażi tal-fatt li r-rikorrenti kellha turi, abbażi ta’ data konkreta u fondata, li t-trade mark li għaliha ntalbet ir-reġistrazzjoni għandha karattru distintiv.


Top