Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0283

    Kawża C-283/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundeskommunikationssenat (l-Awstrija) fit- 8 ta’ Ġunju 2011 — Sky Österreich GmbH vs Österreichischer Rundfunk

    ĠU C 269, 10.9.2011, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 269/25


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundeskommunikationssenat (l-Awstrija) fit-8 ta’ Ġunju 2011 — Sky Österreich GmbH vs Österreichischer Rundfunk

    (Kawża C-283/11)

    2011/C 269/47

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundeskommunikationssenat

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Sky Österreich GmbH

    Konvenut: Österreichischer Rundfunk

    Domandi preliminari

    L-Artikolu 15(6) tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta’ Marzu 2010, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (1) huwa kompatibbli mal-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (iktar ’il quddiem l-“Ewwel Protokoll”)?


    (1)  ĠU 2010 L 95, p. 1


    Top