EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0282

Kawża C-282/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fis- 6 ta’ Ġunju 2011 — Concepción Salgado González vs Instituto Nacional de la Seguridad (INSS) u Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS)

ĠU C 269, 10.9.2011, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fis-6 ta’ Ġunju 2011 — Concepción Salgado González vs Instituto Nacional de la Seguridad (INSS) u Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS)

(Kawża C-282/11)

2011/C 269/46

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Concepción Salgado González.

Konvenuti: Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS) u Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS).

Domandi preliminari

(1)

Huwa konformi mal-għanijiet Komunitarji li jinsabu fl-Artikolu 48 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1408/71/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1971 (1), kif ukoll mal-kliem tal-Anness VI(D)(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1408/71/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, li dan l-Anness VI(D)(4) jiġi interpretat fis-sens li, għall-kalkolu tal-benefiċċju teoriku Spanjol imwettaq fuq il-bażijiet ta’ kontribuzzjoni reali tal-persuna assigurata, matul is-snin li jippreċedu immedjatament il-ħlas tal-aħħar kontribuzzjoni lis-Sigurtà Soċjali Spanjola, is-somma miksuba għandha tkun diviża b’210, fejn dan in-numru huwa d-diviżur stabbilit għall-kalkolu tal-ammont bażiku tal-pensjoni ta’ rtirar skont l-Artikolu 162(1) tal-Ley General de la Seguridad Social?

(2)

(fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda): “Huwa konformi mal-għanijiet Komunitarji li jinsabu fl-Artikolu 48 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1408/71/KEE u mal-kliem tal-Anness VI(D)(4) tar-Regolament tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, li dan l-Anness VI(D)(4) jiġi interpretat fis-sens li, għall-kalkolu tal-benefiċċju teoriku Spanjol imwettaq fuq il-bażijiet ta’ kontribuzzjoni reali tal-persuna assigurata, matul is-snin li jippreċedu immedjatament il-ħlas tal-aħħar kontribuzzjoni lis-Sigurtà Soċjali Spanjola, is-somma miksuba għandha tkun diviża bin-numru ta’ snin ta’ kontribuzzjonijiet fi Spanja?”

(3)

(fil-każ ta’ risposta negattiva għat-tieni domanda u tkun xi tkun ir-risposta pożittiva jew negattiva għall-ewwel domanda): “L-Anness XI.G.3(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali huwa applikabbli b’analoġija għal dan il-każ sabiex jiġu ssodisfatti l-għanijiet Komunitarji li jinsabu fl-Artikolu 48 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1408/71/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, u din l-applikazzjoni konsegwentement tippermetti li tintuża għall-perijodu ta’ kontribuzzjoni fil-Portugall il-bażi ta’ kontribuzzjoni fi Spanja li tqarreb l-iktar għal dan il-perijodu, fid-dawl tal-iżvilupp tal-prezzijiet għall-konsumatur?”

(4)

(fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel, għat-tieni u għat-tielet domandi): “Fil-każ li ebda waħda mill-interpretazzjonijiet proposti iktar ’il fuq ma tkun totalment jew parzjalment korretta, liema hija l-interpretazzjoni tal-Anness VI(D)(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1408/71/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, li, filwaqt li tkun utli għas-soluzzjoni ta’ din il-kawża, tkun l-iktar konformi kemm mal-għanijiet Komunitarji li jinsabu fl-Artikolu 48 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1408/71/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1971, kif ukoll mal-kliem tal-Anness VI(D)(4)?”


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.


Top